Manchester United bi stqarrija dwar l-allegazzjonijiet lejn Antony

Dawn l-allegazzjonijiet, imressqa mill-eks sieħba tiegħu Gabriela Calavin, jitrattaw is-suġġett ta' vjolenza domestika

Wara li l-allegazzjonijiet ta' vjolenza domestika u abbuż sesswali indirizzati lejn Mason Greenwood, kien imiss lill-Brażiljan Antony Sanchez li jaffaċċja sitwazzjoni simili.

Ġunju li għadda, kien allegat fil-konfront tiegħu mill-eks sieħba tiegħu Gabriela Calavin li kien hemm erba' każijiet b'rabta ma' dan.

L-ewwel wieħed kien meta allegatament ħassru, bil-plejer jiġbidha minn idha u xagħrha, u jimbottaha għal ġo karozza. Huwa stmat li hi kienet 17-il ġimgħa tqila dak iż-żmien. Hi tilfet it-tarbija ftit ħmien wara, iżda ma tattribwixxix vjolenza domestika għal dan.

F'każ ieħor, tallega li ġiet aggredita minn Antony fl-appartament tagħha, bir-riżultat ikun li ċċaqalqilha s-silicone f'sidirha, li wassal għal bżonn t'operazzjoni.

Darb'oħra, hi qed tallega li sofriet qatgħa minn ħġieġa fuq subgħajha, ritratt ta' liem ġie anness mar-rapport tal-pulizija. Żiedet ukoll li l-plejer kissrilha l-mowbajl sabiex ma tkunx tista' ċċempel għall-għajnuna.

L-aħħar każ li qed ikun allegat seħħ fl-20 ta' Mejju, fejn qed jingħad li l-plejer heddidha li joqtolha jekk jaraha ma' xi ħadd ieħor, waqt telefonata.

Il-klabb ta' Manchester United ħareġ b'stqarrija dwar dan, fejn qal li mhux se jkun qed jikkummenta qabel ma toħroġ aktar informazzjoni.

More in Barranin