Id-dinja tieqaf u ssegwi l-logħba tal-ballun… Min se jirbaħ it-Tazza tad-Dinja tal-2023?

L-orġini, il-kurżitajiet, il-Qatar, ir-rebbieħa kollha u l-istorja tat-trofej… L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak kollu li jagħmel it-Tazza tad-Dinja dik li hi illum… Tant maħbuba u tant segwita 

L-istorja tat-Tazzja Tad-Dinja: Kurżitajiet u oriġini  

L-ewwel Tazza tad-Dinja seħħet fl-1930 fl-Urugwaj, organizzata mill-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol (FIFA), Jules Rimet. L-għan tiegħu kien li jsir kampjonat li jlaqqa’ timijiet tal-futbol tal-irġiel minn kull kantuniera tad-dinja. Fil-fatt l-ewwel kampjonat ġew mistiedna 13-il tim internazzjonali.  

Ritratt ta’ waħda mill-ewwel logħbijiet tal-ewwel edizzjoni tat-tazzaq tad-dinja
Ritratt ta’ waħda mill-ewwel logħbijiet tal-ewwel edizzjoni tat-tazzaq tad-dinja

It-Tazza tad-Dinja tintlagħab kull erba’ snin biex tagħti ċans lit-timijiet ta’ madwar id-dinja jorganizzaw il-logħob addizzjonali, li r-rebbieħa tagħhom sussegwentament jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja. It-timijiet għal dawn il-logħob jitqassmu f’konfederazzjonijiet ibbażati fuq ir-reġjuni ġeografiċi li jinstabu fihom. Fil-fatt sa’ issa hemm sitt konfederazzjonjiet b’kollox.  

Din is-sena l-Italja - b’dispjaċir kbir għal diversi Maltin li jsegwuhom - l-Isvezja u l-Ukrajna fost oħrajn ma kkwalifikawx biex jipparteċipaw f’waħda mill-ikbar kompetizzjonijiet sportivi fid-dinja.   

Sa’ issa l-Brazil huwa l-aktar pajjiż li rebaħ din il-kompetizzjoni, b’ħames rebħiet. Segwiti mill-Italja u l-Ġermanja li rebħu erba’ darbiet kull wieħed.  

Tajjeb li nsemmu li l-aħħar Tazza tad-Dinja, nofs il-popolazzjoni dinjija, jiġifieri 3.572 biljun persuna rat il-logħob tat-Tazza tad-Dinja minn darha. Sa’ issa qed jiġi stmat li tal-2022 se taqbeż din iċ-ċifra b’total ta’ ħames biljun segwaċi.  

Għall-ewwel darba se jintużaw erba’ stadiums biss. Sa’ issa l-inqas pajjiż li għamel użu minn stadiums kienet l-Arġentina fl-1978, b’sitta biss.
Għall-ewwel darba se jintużaw erba’ stadiums biss. Sa’ issa l-inqas pajjiż li għamel użu minn stadiums kienet l-Arġentina fl-1978, b’sitta biss.

Għaliex il-Qatar?  

Għall-ewwel darba fl-istorja, it-Tazza tad-Dinja se tintlagħab f’pajjiż tal-ilvant nofsani u fix-xhur tal-ħarifa. Dan għaliex, it-temperaturi fil-ġimgħat sajfin tal-Qatar jaqbżu l-45℃, fil-fatt anke issa - u wkoll għall-ewwel darba - l-istadiums tal-Qatar se jkunu mgħammra bl-arja ikkundizzjonata (AC).  

Hemm ħafna kontroversji fuq kif intagħżlet il-Qatar bħala d-destinazzjoni li tospita t-Tazza tad-Dinja tal-2022, iżda b’mod ġenerali l-pajjiż jintagħżel permezz ta’ sistema ta’ votazzjoni. Apparti minn hekk dawn id-destinazzjonijiet jintgħażlu seba’ snin qabel ma tkun skedata t-Tazza tad-Dinja li jmiss. Madankollu dik tal-Qatar ġiet uffiċjalment magħżula fl-2010 ma’ tal-2018, li saret fir-Russja.  

Tajjeb li nsemmu wkoll li għat-Tazza tad-Dinja li jmiss, jiġifieri dik tal-2026 se ssir fi tliet partijiet tal-Istati Uniti: L-Amerka, il-Kanada u l-Messiku. Dawn se jitqassmu f’żewġt ibliet fil-Kanada: Toronto u Vancouver, fi tliet ibliet fil-Messiku: Monterey, Mexico City u Guadalajara u 11-il belt fl-Amerka; Boston, Atlanta, Dallas, Houston, Kansas City, Los Angeles, New York City, Jersey, Philadelphia, San Francisco Bay Area, Seattle.  

Instant għall-2030, sal-ġimgħa li għaddiet, ġew ikkonfermati l-Arġentina, ċ-Ċili, il-Paragwaj u l-Urugwaj li tefgħu n-nomina biex ikunu d-destinazzjoni ta’ dik is-sena.  

Fejn saru l-edizzjonijiet passati tal-World Cup u min rebaħhom?  

  • 1930: Intlagħbet l-Urugwaj.  

L-Urugwaj tirbaħ lill-Arġentina (4-2).  

  • 1934: Intlagħbet l-Italja.  

L-Italja tirbaħ liċ-Ċekoslovakkja (2-1).  

  • 1938: Intlagħbet l-Franza.  

L-Italja tirbaħ lill-Ungerija (4-2).  

  • 1942 u 1946: Ma saritx.  
  • 1950: Intlagħbet il-Brażil.  

L-Urugwaj tirbaħ lill-Brażil (2-1).  

  • 1954: Intlagħbet l-Iżvizzera.  

Il-Ġermanja tal-Punent tirbaħ lill-Ungerija (3-2). 

  • 1958: Intlagħbet l-Iżvezja.  

Il-Brażil tirbaħ lis-Svezja (5-2). 

  • 1962: Intlagħbet iċ-Ċili.  

Il-Brażil tirbaħ liċ-Ċekoslovajja (3-1).  

  • 1966: Intlagħbet l-Ingilterra.  

L-Ingilterra tirbaħ lill-Ġermanja tal-Punent (4-2).  

  • 1970: Intlagħbet il-Messiku.  

Il-Brażil tibraħ lill-Italja (4-1). 

  • 1974: Intlagħbet il-Ġermanja tal-Punent.  

Il-Ġermanja tal-Punent tirbaħ lill-Olanda (2-1). 

  • 1978: Intlagħbet l-Arġentina.  

L-Arġentina tirbaħ lill-Olanda (3-1). 

  • 1982: Intlagħbet Spanja.  

L-Italja tibraħ lill-Ġermanja tal-Punent (3-1). 

  • 1986: Intlagħbet il-Messiku.  

L-Arġentina tibraħ lill-Ġermanja tal-Punent (3-2). 

  • 1990: Intlagħbet l-Italja.  

Il-Ġermanja tal-Punent tirbaħ lill-Arġentina (1-0). 

  • 1994: Intlagħbet l-Amerika.  

L-Italja tirbaħ lill-Ġermanja tal-Punent. Il-logħba spiċċat xejn b’xejn iżda imbagħad il-Ġermanja rebħet permezz tal-penalties (3-2). 

  • 1998: Intlagħbet fi Franza.  

Franza tibraħ lill-Brażil (3-0). 

  • 2002: Intlagħbet fil-Ġappun u l-Korea ta’isfel.  

Il-Brażil tirbaħ lill-Ġermanja (2-0).  

  • 2006: Intlagħbet il-Ġermanja.  

L-Italja tirbaħ lill-Franza. Il-logħba spiċċat wieħed b’wieħed iżda imbagħad l-Italja rebħet permezz ta’ penalties (5-3).  

  • 2010: Intlagħbet l-Afrika ta’ Isfel.  

Spanja tirbaħ lill-Olanda (1-0). 

  • 2014: Intlagħbet il-Brażil.  

Il-Germanja tirbaħ lill-Arġentina (1-0). 

  • 2018: Intlagħbet ir-Russja.  

Franza tirbaħ lill-Kroazja (4-2).  

Fi żmien 92 sena, min kienu l-aktar plejers li skurjaw?  

  1. Cristiano Ronaldo irnexxielu jiskurja 18-il darba f’erbgħa kampjonati tat-Tazza tad-Dinja.  

  1. Miroslav Klose skurja 16-il darba f’erbgħa kampjonati tat-Tazza tad-Dinja. 

  1. Gerd Müler skurja 14-il darba f’żewġ kampjonati tat-Tazza tad-Dinja.  

  1. Just Fontaine, jikser ir-rekord fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja  hekk kif skurja 13-il darba f’kampjonat wieħed tat-Tazza tad-Dinja.  

Plejers li skurjaw sitt darbiet f’kampjonat wieħed tat-Tazza tad-Dinja kienu: Enrich Probst (1954), Josef Hügl (1954), Pélé (1958), Helmut Rahn (1958), Helmut Haller (1966), Mario Kempes (1978), Paolo Rossi (1982), Gary Lineker (1986), Salvatore Schillaci (1990), Hristo Stoichkov (1994), Oleg Salenko (1994), Darov Šuker (1980), James Rodríguez (2014) u Harry Kane (2018).  

Dan it-trofew intuża mill-FIFA għal 40 sena. 
Dan it-trofew intuża mill-FIFA għal 40 sena. 

Moħbija min-Nazzisti u misruqa darbtejn. X’inhi l-istorja tat-Trofew ikoniku?  

It-trofew tat-Tazza tad-Dinja mhijiex l-unika premju għat-tim, jew aħjar għall-pajjiż, rebbieħ però wieħed ma jistax jiċħad il-fatt li għandha valur kbir. It-trofew tad-deheb għandha ġrajjiet ikoniċi fil-fatt il-viżjoni ta’ Maradona jgħolli t-trofew, meta l-Messiku rebaħ fl-1986, għadha fil-memorja ta’ ħafna nies madwar id-dinja.  

Maradona iżomm it-trofew għar-rebħa Arġentina 
Maradona iżomm it-trofew għar-rebħa Arġentina 

Tajjeb li nfakkru wkoll li minkejja li waqt it-Tieni Gwerra Dinjija żewġ edizzjonijiet tal-World Cup ma sarux, il-Viċi President tal-FIFA ta’ dak iż-żmien, Ottorino Barassi ħareġ it-tazza mill-bank tefaha f’kaxxa taż-żraben u ħbiha taħt is-sodda bil-għan li ma tinsteraqx min-Nazzisti.  

Ħafna ma jafux iżda li fl-istorja ta’ aktar minn 90 sena, kien hemm żewġ trofej. It-trofew oriġinali kienet imsemmija ‘Victory’ iżda fl-1946 ingħatat l-isem ta’ Jules Rimet bħala dedika għall-President hekk kif irtira mill-irwol tiegħu fil-FIFA li irtira dak iż-żmien. Fl-1970 din it-trofew ingħatat b’mod permanenti lill-Brażil.  

Snin wara fl-20 ta’ Marzu 1966, it-tazza tpoġġiet f’Westminister Central Hall bħala parti minn esebizzjoni pubblika. Ġara li din insterqet, erba’ xhur qabel edizzjoni oħra tat-Tazza tad-Dinja. Ġimgħa wara kienet instabet imgeżwra f’gazzetta ġewwa arbuxell, fin-naħa ta’ isfel ta’ Londra. L-eroj wara din is-sejba kien kelb jismu Pickles, li kien irnexxielu jsib din it-trofew tant prestiġġjuża.  

L-eroj li sab it-trofew misruqa.
L-eroj li sab it-trofew misruqa.

Fl-1986, it-tazza reġgħet insterqet din id-darba minn gang li daħħlet fil-Konfederazzjoni tal-Futbol fil-Brazil fejn kienet moħbija. Sa’ llum, it-tazza għadha mhux misjuba iżda hemm għajdut li ddewbet u nbigħat separatament.  

Manifatturata fl-Milan, it-tieni edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret minn Silvio Gazzaniga u li turi żewġ figuri jgħollu d-dinja b’idejhom u tiżen 6.15kg.  

More in Barranin