Mhux se tinbigħ birra jew xorb alkoħoliku fl-istadiums fil-Qatar

Dan il-pass huwa l-aħħar minn diversi bidliet u kontroversji drammatiċi li jinvolvu il-bejgħ tal-alkoħol f'dan il-pajjiż Musulman fejn ir-regoli dwar l-alkoħol huma stretti ħafna

L-ebda xorb barra l-istadiums fil-Qatar!
L-ebda xorb barra l-istadiums fil-Qatar!

Uffiċjali mill-Qatar ħabbru illi l-unika xorb li se jkun qed jinbigħ fl-istadiums waqt it-Tazza tad-Dinja se jkun xorb mhux alkoħoliku, li jfisser illi madwar l-istadiums lanqas se tkun qed tinbigħ birra, minkejja li - ironikament - ditta ta' birra hija waħda mill-isponsors ewlenin ta' dan il-kampjonat dinji. 

Dan il-pass huwa l-aħħar minn diversi bidliet u kontroversji drammatiċi li jinvolvu il-bejgħ tal-alkoħol f'dan il-pajjiż Musulman fejn ir-regoli dwar l-alkoħol huma stretti ħafna u li wasslu wkoll għal tensjoni qawwija bejn il-FIFA u l-Gvern tal-Qatar - li huwa meqjus bħala pajjiż b'liġijiet konservattivi u iebsin fejn jirrigwarda l-bejgħ tal-alkoħol. Pero', apparti dan, il-kontroversja qed tikkomplika wkoll l-istess sponsorship ta' $75 miljun  mal-Budweiser, qed tirrabja u ddejjaq lill-partitarji u qed tħalli lill-oganizzaturi jippruvaw isibu soluzzjonijiet anke issa, ftit biss qabel jibda dan il-kampjonat. 

Il-Gwida għall-partitarji tal-FIFA tgħid illi dawk li għandhom biljett se jkollhom aċċess għal birra Budwieser, Budwieser Zero u l-Coca-Cola sa mill-inqas tliet sigħat qabel jibda l-logħob. 

Il-Qatar ilu jkollu problemi relatati ma' din il-kwistjoni sa mill-2010, meta kien deċiż li t-Tazza tad-Dinja ser issir f'dan il-pajjiż hekk kif l-alkoħol, minkejja li jista' jinbigħ huwa taħt kontroll strett ħafna, b'ħafna jistgħu biss jixtru birra imma minn lukandi fejn ikun għoli ħafna fil-prezz. 

More in Barranin