Il-Federazzjoni tal-Futbol Taljana tittamma li tittestja l-plejers f'Mejju biex jitkompla l-istaġun

Il-kampjonat tas-Serie A ilu wieqaf mid-9 ta’ Marzu minħabba l-imxija

Il-Federazzjoni tal-Futbol Taljana qed tittama li fil-bidu ta’ Mejju tittesjta lill-plejers tal-futbol bil-għan li l-kampjonat ikun jista’ jkompli.

Il-kampjonat tas-Serie A ilu wieqaf mid-9 ta’ Marzu minħabba l-imxija.

Għadu mhux magħruf meta l-kampjonat jista’ jerġa’ jibda.

“Malli l-kundizzjonijiet ikunu tajba, se nikkonkludu l-kampjonat,” saħaq il-President tal-Federazzjoni Gabriele Gravina.

Fi kliemu, qed jittamaw li jsiru testijiet fuq il-plejers kollha biex ikun assigurat li huma negattivi biex minn hemm ikun jista’ jerġa’ jibda jsir it-taħriġ.

Saħaq li dalwaqt se tkun qed issir laqgħa biex tkun diskussa t-triq ‘il quddiem.

Juventus jibqgħu fuq nett tal-kampjonat Taljan tas-Serie A, punt wieħed fuq Lazio u disa’ każi aktar mill-Inter.

More in Barranin