Owen Bonnici | Esplora: il-post li jqanqal kurżità f’uliedna!

Is-sena 2020 waslet fi tmiemha. Kienet sena li se tibqa' mfakkra u stampata f'moħħ kulħadd minħabba l-pandemija tal-COVID-19. 

Wieħed mill-għanijiet taċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza: Esplora, hu sabiex iħajjar aktar studenti tat-tmien sena jagħżlu suġġetti marbuta max-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika fl-istudji tagħhom. Esplora ħadem qatigħ mal-iskejjel, familji u l-pubbliku sabiex dan l-objettiv jintlaħaq fuq skala nazzjonali flimkien ma’ entitajiet u msieħba oħra.

F’dan ir-rigward Esplora kien katalista sabiex jiġi mniedi l-Istem Engagement Working Group fejn ilaqqa’ flimkien bosta entitajiet b’għanijiet komuni relatati ma' dak imsemmi. Fost l-attivitajiet li dan il-Working Group jorganizza, wieħed jista’jsemmi n-National STEM Career EXPO u n-National STEM Awards.

L-ewwel edizzjoni tal-EXPO saret f’Jannar 2020 b’rapreżentazzjoni wiesgħa u mifruxa ta’ akkademiċi, riċerkaturi, msieħba industrijali, imsieħba mill-qasam tal-edukazzjoni u entitajiet oħra. Għal Jannar Esplora ser tniedi Kampanja Nazzjonali Onlajn ta’ Għarfien dwar suġġetti u karrieri marbuta ma’ STEM.

Għan ieħor taċ-Ċentru Esplora hu dak li jtejjeb l-perċezzjonijiet u l-attitudnijiet taċ-ċittadini Maltin u dawk li joqogħdu Malta, ta’ kull età u abbilità, dwar ix-xjenza u t-teknologija. Il-viżjoni ta’ Esplora hi infatti dik li tiġi kkultivata kultura ta’ kurzità u kreattività marbuta max-xjenza. Aħna rridu li t-tfal tikbrilhom il-kurżità għax-xjenzi, għat-teknoloġija illi huwa l-bażi u s-sisien ta' fejn irridu mmorru bħala pajjiż. Aħna se nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna sabiex insaħħu ekosistema fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Skont stħarriġ li sar, kemm fl-2015 u anke fl-2019, l-perċezzjoni u l-attitudnijiet għax-xjenza u t-teknoloġija tjiebu b’14% fost il-pubbliku fuq medda ta’ 4 snin. Dan hu sforz tal-attivitajiet edukattivi varji li Esplora jħejji u joffri mifruxa mas-sena kollha. Fir-rigward taċ-ċirkostanzi preżenti marbuta mal-limitazzjonijiet li ġabet magħha l-imxija, Esplora qiegħed iwassal edukazzjoni informali fuq suġġetti STEM fid-djar tan-nies permezz tal-midja soċjali, t-televizjoni u l-YouTube channel. Esplora ser ikun qiegħed izomm u jtejjeb dan il-kuntatt onlajn man-nies anke fil-futur. Fis-sena li gejja Esplora ser iniedi l-ewwel edizzjoni tan-National STEM Awards li ser issir f’Mejju 2021. Din iċ-ċerimonja ser tkun l-kulminazzjoni ta’ ċelebrazzjoni u għarfien relatat ma’ proġetti, riċerka, u inizjattivi marbuta mas-suġġetti STEM fil-kommunità, fl-iskejjel, fl-Industrija u fuq livell Nazzjonali, fost ohrajn. Din iċ-ċelebrazzjoni marbuta mal-għoti ta’ rikonoxximent ser tittella’ f’Esplora, meqjus bħala Hub Nazzjonali għall-inizjattivi fil-qasam ta’ STEM. Mifrux fuq numru ta’ binjiet u żoni fuq barra b’veduti spettakolari tal-Port il-Kbir, Esplora inawgura l-kalendarju tal-attivitajiet għal żmien il-Milied li se jinkludi spettakli mill-isbaħ u attivitajiet meraviljużi ideali għall-familja kollha. Bħala Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora għandu r-responsabbilità li jilħaq aktar nies speċjalment dawk li jaħsbu li x-xjenza mhix addattata għalihom. Sa’ issa l-udjenza tal-Esplora, inkluż l-adulti, żdiedet filwaqt li l-mizuri kollha marbuta mal-pandemija qed jiġu segwiti u mħarsa. Esplora sar aktar inklussiv permezz ta’ inizjattivi bħalma huma l-Autism Friendly Hours Il-programm mħejji għal waqt żmien il-festi jagħti l-opportunità li l-vizitaturi jgħaqqdu l-ħiliet artistiċi tagħhom ma’ dawk tekniċi sabiex joħloqu diversi oġġetti relatati mal-Milied. L-attivitajiet esplorattivi u divertenti huma turija li l-maġija tal-Milied u x-xjenza mhumiex daqshekk differenti minn xulxin. It-tfal li għandhom 15-il sena jew inqas se jidħlu b’xejn meta jżuru l-Esplora f’Diċembu u Jannar. Esplora se jibda jkun miftuħ kull nhar ta’ Ġimgha wara nofsinhar u filgħaxija. L-EsploraCafé qed iservi menu speċjali tal-Milied u kull adult ser jingħata tazza imbuljuta b’xejn. Id-dħul għal dawn l-attivitajiet għat-tfal sa’ 15-il sena se jkun kompletament b’xejn. Dawn l-attivitajiet ser ikunu qed isegwu l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknologija kompla matul din is-sena biex beda bil-ħidma preparatorja għall-proġett tal-EsploraNatura, iċ-Ċentru l-ġdid tal-Istorja Naturali, li huwa intiż sabiex Malta fl-aħħar ikollha ċentru tal-istorja naturali ta’ livell dinji u li jmur 'l hinn mill-kunċett ta’ mużew kif tradizjonalment nafuh. Dan iċ-ċentru mistenni jqajjem sens ta’ apprezzament lejn il-wirt naturali tal-gżejjer Maltin u tal-Mediterran, u juri l-bżonn kbir li dan il-wirt jiġi ppreżervat. Il-lok ta’ dan iċ-ċentru ser ikun fil-binjiet eżistenti ta’ biswit l-Esplora, li jiffurmaw il-parti tal-Lvant tal-Kumpless ta’ Bighi. 

Dan il-proġett ser ikompli jikkontribwixxi għar-riġenerazzjoni tal-lokalitajiet tan-nofsinhar tal-Port il-Kbir, u jrendi s-sit ta’ Villa Bighi bħala wieħed mid-destinazzjonijiet ewlenin f’Malta, billi se jkunu offruti varjeta’ ta’ esperjenzi differenti, b’impatt pożittiv anke turistiku. Hu kruċjali li nressqu t-tfal lejn ix-xjenzi b’mod divertenti u sabiħ u sostna li dawn l-attivajiet jibnu rabta sabiħa ferm bejn il-ġenerazzjonijiet li tilgħin u dan is-settur tant importanti għas-suċċess ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. 

Huwa saħaq li l-ikbar ringrazzjament għandu jmur lejn it-tmexxija u l-ħaddiema kollha tal-Esplora tal-ħidma eċċellenti li huma jwettqu. L-attivitajiet li se jittellgħu f’dan il-perjodu huma varji, iżda għandhom fil-bażi tagħhom ix-xjenza u oqsma relatati, bħal perezempju l-użu tal-matematika u l-prinċipji tas-simetrija, informazzjoni dwar l-enerġija u tagħrif dwar innovazzjonijiet diġitali oħra.

+ + +

Is-sena 2020 waslet fi tmiemha. Kienet sena li se tibqa' mfakkra u stampata f'moħħ kulħadd minħabba l-pandemija tal-COVID-19. 

Żgur li għal ħafna nies kienet waħda ta' sfida u ħsibijietna jmorru għal dawk il-familji li tilfu membru tal-familja jew ħabib jew ħabiba tagħhom fl-eqqel tal-pandemija. Bħala poplu urejna għaqda u reżiljenza u rnexxielna negħlbu l-isfidi maġġuri li ġew quddiemna bħal dawk li kellna quddiemna fil-kamp edukattiv. Kburi ħafna bil-poplu Malti li qam għall-okkażjoni, mhux l-inqas il-fronteliners tagħna fil-kamp mediku u ta' saħħa pubblika. Nawgura minn qalbi sena ġdida mimlija riżq u hena.

More in Politika