Cliff Zammit Stevens u Judith Kathleen Evans ixerrdu l-imħabba f’kunċert fil-Furjana
Dan il-kunċert prestiġjuż se jittella’ taħt id-Direzzjoni Mużikali ta’ Jacob Portelli, l-arpaż renjużi Malti b’parteċipazzjoni tal-prestiġjuż Cordia String Quartet
Il-Parroċċa San Publiju Floriana qed torganizza l-kunċert ‘Spread the Love – Xerred l-Imħabba’ bl-iskop ewlieni li nxerrdu l-imħabba, inżidu l-inklużjoni soċjali, f’sena li kienet imxekkla min-nuqqas ta’ paċi u mħabba u diżattenzjoni madwar id-dinja kollha.
Peress li nemmnu li tagħti hija rċevuta, għandna wkoll l-intenzjoni li ngħaddu parti mill-profitti lil Puttinu Cares u lid-Dar tal-Providenza.
Dan il-kunċert prestiġjuż se jittella’ taħt id-Direzzjoni Mużikali ta’ Jacob Portelli, l-arpaż renjużi Malti b’parteċipazzjoni tal-prestiġjuż Cordia String Quartet. B’isem derivat mil-Latin Cordia (qlub) u t-toni fonetiċi Maltin ta’ Korda (stings), il-viżjoni tal-Cordia Quartet hija li toħloq għall-udjenza l-ambjent ta’ konkordanza f’armonija mużikali u fi ħdan l-erba’ strumenti ta’ string tal-kwartet.
Il-vuċi grazzjuża tat-tenur Malti rinomat Cliff Zammit Stevens u l-vuċi melodjuża tas-soprano talentuża minn Wales Judith Kathleen Evans, li ġejja Malta esklussivament għal dan il-kunċert speċjali, għandhom jagħmlu d wieħedin l-esperjenza waħda memorabbli.
Il-biljetti huma disponibbli minn: https://www.showshappening.com/St.-Publius-Parish-Church/Spread-the-Love---Xerred-lImhabba, mill-Knisja Parrokkjali tal-Furjana, u dakinhar mal-bieb.