
Storja li tkompli — Programm mużikali f’jum it-twaqqif tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu
Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Jonathan Borg flimkien mal-akkumpanjament tal-kantanti Jessica Magro u Jessica Micallef

L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu għal sen’oħra se tkun qed ittella’ Programm Mużikali li se jfakkar il-119-il Anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda tagħna bl-isem ta’ ‘Storja li tkompli’.
Il-Banda San Gejtanu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha l-Kaptan Mro. Jonathan Borg FLCM. Flimkien mal-banda jakkumpanjaw ukoll il-kantanti Jessica Magro u Jessica Micallef.
Il-Programm se jittella’ nhar it-Tlieta 24 ta’ Ġunju 2025 fit-8 p.m. fil-bitħa ta’ Palazz Thiene (kulħadd irid ikun f’postu sat-7.45 p.m.). Dan il-programm mużikali seta’ jittella’ bis-saħħa tal-fondi miksuba mill-Kunsill Malti għall-Arti.