Iċċelebra s-70 anniversarju tal-film tant ferrieħi White Christmas issa rrestawrat b’reżoluzzjoni 4K

Bis-sehem ta’ Bing Crosby, Danny Kaye, Rosemary Clooney, u Vera-Ellen, White Christmas isegwi lil Bob Wallace u Phil Davis hekk kif jingħaqdu ma’ Betty u Judy Haynes biex iġibu spettaklu festiv f’post rurali f’Vermont

Ingħaqad magħna fiċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta f’Diċembru li ġej għal vjaġġ maġiku, hekk kif niċċelebraw is-70 Anniversarju tal-film brijuż, White Christmas ta’ Irving Berlin, issa rrestawrat mill-isbaħ f’reżoluzzjoni 4K! Intom mistiedna tesperjenzaw dan il-musical ta’ kwalità li jġib miegħu t-tenerezza, is-seħer, u l-ispirtu tal-vaganzi klassiċi tal-1954. 

Bis-sehem ta’ Bing Crosby, Danny Kaye, Rosemary Clooney, u Vera-Ellen, White Christmas isegwi lil Bob Wallace u Phil Davis hekk kif jingħaqdu ma’ Betty u Judy Haynes biex iġibu spettaklu festiv f’post rurali f’Vermont. L-għan tagħhom? Biex isalvaw l-eks kmandant tal-armata tagħhom, il-Ġeneral Waverly, minn qagħda finanzjarja prekarja billi jtellgħu stravaganza mużikali li twiegħed ferħ għal kulħadd. 

Dan ir-restawr f’reżoluzzjoni 4K iġib ħajja ġdida u vibranti lill-partitura maħbuba ta’ Irving Berlin u lis-sekwenzi ikoniċi taż-żfin, li tippermetti lill-udjenzi jaraw kull dettall b’mod li qatt ma raw qabel. Titlifx din l-opportunità li tara din l-istorja tiżvolġi fuq il-big screen hekk kif dan il-klassiku indimentikabbli jiċċelebra anniversarju importanti. 

Għal aktar informazzjoni żur www.kreattivita.org

More in Divertiment