![[It-Tieni parti] Films dwar il-Mafja](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes-2.png)
Letteratura | Minn rumanzi sa kotba ta' riċerka ... ordna l-kotba, ibqa' d-dar u aqra
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ġabar l-informazzjoni kollha dwar is-siti ta’ pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba f’Malta minn fejn tistgħu tordnaw il-kotba kollha li tixtiequ, minn rumanzi sa kotba ta’ riċerka, poeżiji, kotba għat-tfal u ħafna aktar

Dawn huma żminijiet straordinarji u ħafna minna qegħdin inqattgħu l-maġġorparti tal-ħin id-dar. Iżda anke jekk qed tevita l-ħwienet, tista’ tixtri l-kotba ta’ awturi u pubblikaturi Maltin onlajn.
Żuru s-siti tagħhom biex tkunu tafu aktar dwar offerti speċjali jew kif se jwassluhomlok id-dar.
Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u ta’ madwarkom – #oqgħodġewwa u #aqraktieb
Dan l-artiklu qed jitwassal lilkom mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.


More in Arti