X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-Oroskopju mit-8 ta’ Lulju sas-Sibt 14 ta’ Lulju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius se jġiegħlek taħseb dwar dak kollu li ġej f’dawn il-ġranet. Għalhekk issa li taf b’dan għandek tagħraf li kull sitwazzjoni tista’ taffaċja għandek tirrifletti aktar dwar dak li tagħmel sabiex tkun tista’ tagħżel l-aħjar direzzjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 12 u 14

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces se jġiegħlek tagħraf il-mod ta’ tkattir ta’ aktar responsabbiltà fl-abbiltà li għandek madwarek. Jista’ jkun li qabel din il-fażi int kont illaxkajt fit mir-responsabbiltà. Għalhekk issa se terġa’ tidħol lura b’aktar ħeġġa sabiex twassal il-messaġġ tegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 11 u 14

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Aries ser jagħtik impatt sensittiv qawwi ġewwa fik li mhux normali li int tkun daqstant sensittiv. Imma dan il-perjodu, b’din l-emozzjoni, ser jgħinek tiġbed aktar simpatija lejk. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8,9,11 u 12

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus ser jagħtik impatt enerġetiku ġewwa fik u qed tħoss aktar saħħa mis-soltu. Din l-enerġija se tagħtik iċ-ċans sabiex iżżid xi nuqqas. Issa se tħossok b’saħħtek biżżejjed tant li wara ġurnata xogħol tmur sal-gym jew timxi mixja. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9,10, 12 u 14

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn  Virgo

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini se joffrilek impatt ta’ kuraġġ aktar minn qatt qabel. Dan sabiex tikkumbatti l-mewġ li qed taffaċja b’mod partikolari fil-karriera tiegħek. Dan għandu jqawwilek il-moral sabiex tagħraf aktar l-opportunitajiet li resqin lejk. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 11, 12 u 13

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer ser jħallilek impatt fis-saħħa tiegħek. Dan ma kienx riżultat ta’ xi mard jew dgħufija personali imma ġej mill-effett ta’ sistema żodijaka. Għalhekk f’dawn il-ġranet l-impatt tiegħek ser ikun aktar b’saħħtu mis-soltu u dan ikun fattur importanti għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 13 u 14

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn  Pisces

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo se joffrilek twemmin aktar mis-soltu f’dak li int kont temmen fik innifsek ftit taż-żmien ilu u dan għandu jkun ferm utli għalik sabiex f’din id-direzzjoni int temmen fil-ħila u fil-kapaċità  tiegħek u tagħraf li kapaċi tmexxi lilek innifsek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 11, 12 u 14

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Iż-żodijaku ta’ Virgo se jurik kif int se tikkonfronta lil min bħal qisu jrid jgħaddik minn għajn il-labra. Issa int trid toqgħod ferm attent għax dak li int tħoss ġewwa fik ikun forma ta’ għodda sabiex tkattar lilek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8,9, 11 u 12

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Aries

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra se jagħmlek tagħraf sabiex tibda tħejji l-ħsieb li jiġġenera dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid xi forma tat-tieni opinjoni għalkemm fl-aħħar mill-aħħar trid tkun int sabiex tasal tieħu d-deċiżjonijiet. Agħraf din il-fażi. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 1,, 13 u 14

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio f’dan il-mument se jgħinek tagħraf aktar xi deċiżjoni li se tkun riesqa lejk fiż-żmien qarib li din id-deċiżjoni se toffrilek impatt differenti fil-format tal-ħajja li llum għandek u kif qed tgħixha. Agħraf sabiex tavvanza. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 11 u 13

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn  Taurus

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius se jorganizzak aktar kif int se tibda tippjana jew tħejji lilek innifsek aħjar milli kont. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan l-effett madwarek trid iżżomm mal-ħsieb li kellek qabel bdejt tħoss dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 11, 13 u 14

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn  Aquarius

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser jiggwidak kif se żżomm dak li rnexxielekx tkattar madwarek. Għalkemm ser ikun hemm xi ftit mumenti ta’ tfixkil però mill-esperjenzi passati tiegħek trid tagħraf iżżomm sod f’dak li hemm madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  8,9, 12 u 13

L-istilla li f’dan il-mument se toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Cancer

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

More in Divertiment