L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int aktar minn qatt qabel se tagħraf il-kontroll assolut kemm f’dak li jirrigwarda dak li hemm madwarek aktar u aktar dak li jappartjeni dirett lilek għax l-effett li jkun qiegħed jinħema jwassal għal arja negattiva madwarek. Dan jista’ jirriżulta li ssib lilek innifsek maqbuda bejn ħaltejn. Għalhekk grazzi għall-gwida li għandek se tkun imħejjija ferm aħjar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int  għandek stabbilita aktar minn dak li kien hemm madwarek ftit ġimgħat ilu. Għalkemm din l-istabbilità li ġejja int se tagħraf tkun aħjar u tagħraf timxi ’l quddiem. Dan sabiex int tkompli tkabbar kemm dak li int tixtieq imma aktar u aktar sabiex twessa’ aktar li hemm madwarek. Tħallix dan il-mument jaħrab u agħraf sew din il-gwida. Namaste.  
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Cancer
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April  

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int għandek tmexxi dan il-pjan jew ħsieb pass ’il quddiem. Issa huwa dak il-perjodu li int ma tridx tibża’ tagħmel dan il-pass għax dan il-pass ser ikun utili ħafna fix-xhur li ġejjin. Biex tara dak li tixtieq trid twettaq il-pjan li ilek taħseb. Il-gwida u l-kuraġġ għandhom isaħħu l-pjan tiegħek, imma għarbel sew ukoll. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta    
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int tagħraf iżjed il-pariri li int kont tlabt xi żmien ilu. Issa dak il-parir li ħadt tajjeb u tista’ tibda tattwah. Ovjament int taf li min tak il-gwida fuq dan il-parir kienet persuna responsabbli għalhekk neħħi kull dubju li jista’ jkun fik għax iż-żmien ma jistenna lil ħadd. Trid tkompli ssaħħaħ il-mixja tiegħek f’dan ir-rigward. Uża aktar l-attenzjoni. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Virgo
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int għandek tħaffef aktar il-proċess ta’ pjan ta’ tkabbir madwarek jew ta’ tnedija ta’ proġett ġdid li għalkemm qiegħed tibża’ minnu. Tħallix li din l-arja ta’ inċertezza twaqqaflek il-pass li għandek tagħmel. Huwa minnu li mhix sitwazzjoni faċli imma bħala Gemini xejn ma jaqtalek qalbek u għandek tilqa’ kull sfida li jkun hemm quddiemek u din il-gwida tħejjik aħjar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa għandek sfida kompletament ġdida bejn dak li hemm ġej għalik. Dan għaliex li ovvjament f’dak li hemm quddiemek illum. Għalkemm qiegħda trankwilla issa f’dak li ġej ser ikun hemm ċertu pressjoni li għalkemm int għandek il-kapaċità tagħraf tikkontrolla xorta fik tinħass il-biża’ ta’ dik l-inċertezza. Grazzi għal din il-gwida int għandek timtela b’aktar kuraġġ. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Scorpio
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int tkun għaddej minn proċess aktar trankwill minn dak li kont għaddej bih dan l-aħħar u għalkemm se tnaqqas minn dak il-mument veloċi li kont għaddej fih dan ma jfissirz li ġej xi mument negattiv imma pjuttost il-kontra għaliex dan il-mument se jagħtik l-ispazju aktar sabiex tkun tista’ tagħmel evalwazzjoni ta’ dak li hemm madwarek u għalhekk din il-gwida se sservik sabiex tagħraf tkun aktar iffukat. Namaste.  
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Sagittarius
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int ser tkun affaċjat bi sfida aktar qawwija miegħek innifsek fejn jekk qabel kont iddum sabiex twettaq xi forma ta’ deċiżjoni jew ħsieb issa għal dawn il-ġimgħat dan ser ikun bil-kontra għaliex ser tbiddel dan il-pass hekk kawt tiegħek għal wieħed aktar mgħaġġel u mexxej. Dan se jagħmlek tagħraf li xi kultant huwa bżonjuża li tkun aktar mexxej u grazzi għal gwida se tinduna bid-differenza. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Capricorn
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int se tagħraf tirrifletti minn dak li int ġej sabiex tagħraf aktar il-potenzjal ta’ dak li ġej u x’se jkun isarraf. Meta int se tirrifletti aktar ser ikun aktar ħin sabiex xi żbalji tal-passat ma jerġgħux jiġu mwettqa u barra dan tagħraf ukoll aktar kemm tista’ tkabbar dak li hemm quddiemek u tagħraf aktar ir-responsabbilità u grazzi għal din il-gwisa int se tkabbar aktar lilek innifsek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int għandek tagħmel valutazzjoni aktar ta’ xi deċiżjoni li kellek tieħu. Għalkemm id-deċiżjoni diġà ħadtha xorta għad hemm iċ-ċans sabiex ittejjeb dak li ġej b’riżultat ta’ dak li ddeċidejt. B’hekk issaħħaħ kemm lilek innifsek kif ukoll dak li hemm madwarek. Żomm f’moħħok li l-valur tal-ħsieb huwa dejjem pożittiv għalhekk int għandek tkun aktar fil-linja li tixtieq. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Pisces
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser li issa int se ssib aktar kuraġġ fl-imħabba. Sfortunatament din hi sitwazzjoni fejn int bala Sagittarius hemm dgġufija fik u għalhekk trid trabbi ftit aktar kunfidenza sabiex ma tibżax minn dak li huwa dritt u li forsi tkun tixtieq tadatta fir-relazzjoni li għandek u dan ser tħossu fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk int għandek titqawwa f’dak li tħoss li għandek twettaq.  Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Aries
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun ifisser aktar saħħa f’dak li tkun trid tagħmel. Fik se tħoss aktar determinazzjoni mis-soltu u dan mhuwa xejn ħażin anzi pjuttost tajjeb sabiex trabbi fik il-kunfidenza li timxi ’l quddiem f’xi ħaġa li dan l-aħħar kont qed tħossha imma issa din ser terġa’ tibda tinħass. Hekk int se tkattar aktar il-prospetti pożittivi imma agħraf sew dak li trid. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li din il-ġimgħa għandek tevita ġejja minn Taurus
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment