Iż-żgħażagħ ta’ Freespirit lura fuq il-palk, bi storja fuq il-korruzzjoni
'Rota Korrotta' hija produzzjoni ta’ tliet stejjer qosra li jduru kollha mat-tema tal-korruzzjoni f’soċjetà preżenti
Rota Korrotta hija produzzjoni ta’ tliet stejjer qosra li jduru kollha mat-tema tal-korruzzjoni f’soċjetà preżenti.
L-istejjer se jeħduna fi tliet postijiet differenti; fi knisja, f’faċilità korrettiva u f’dipartiment tas-saħħa.
Niltaqgħu ma’ bosta karattri, kollha interpretati minn studenti tad-drama, li bħalissa qegħdin ilestu t-tieni sena tagħhom ma’ Freespirit Acting, taħt it-taħriġ ta’ Gilbert Mallia.
Il-prestazzjonijiet se jkunu qed isiru ġewwa l-Malta School of Drama and Dance, fi Blata l-Bajda nhar it-18 u 19 ta’ Mejju fis-7pm.
Għal aktar informazzjoni u anke biex taqta’ l-biljetti ċempel fuq 9946 7410 jew idħol fuq il-paġna ta’ Freespirit Acting fuq Facebook.