Wirja f’Għawdex ‘Carpe Diem’ tħeġġeġ is-sejba tas-sbuħija f’dak li hu ordinarju

Luca Cauchi, artist żagħżugħ mill-Furjana li jgħix in-Nadur, bħalissa qed jesibixxi x-xogħol tiegħu ‘Carpe Diem’ fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex

Luca Cauchi, artist żagħżugħ mill-Furjana li jgħix in-Nadur, bħalissa qed jesibixxi x-xogħol tiegħu ‘Carpe Diem’ fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex. 

L-artist ta’ 34 sena kiseb Bachelor of Arts (Hons) fil-Graphic Design u Interactive Media fl-2013. Huwa studja il-pittura taż-żejt u l-ħiliet tat-tpinġija mill-imgħalliema klassiċi waħdu, bħal Sargent, Titian, Rembrandt, u Zorn. Fl-2015, Cauchi pparteċipa fi proġett ta’ tliet snin bħala artist membru tal-École d’art au village Association, b’kollaborazzjoni mal-kampanja HSBC Catch The Drop. Ix-xogħolijiet tiegħu jistgħu jinstabu f’bosta kollezzjonijiet privati, ​​kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. 

Mill-perspettiva ta’ Cauchi, kull mument tal-ħajja joffri sbuħija tremenda li ta’ spiss tintilef, attitudni li huwa t-tifsira ta’ ‘Carpe Diem’ (‘seize the day’ bl-Ingliż). Il-wirja tistieden lill-viżitaturi biex jesploraw ambjenti fejn l-affarijiet, kemm il-mumenti u l-emoizzjonijiet, temporanji huma apprezati.

Kull xogħol tal-arti f'din il-kollezzjoni jaġixxi bħala bieb, li jiġbor in-natura stess tal-mumenti tranżitorji fiż-żebgħa taż-żejt. Il-wirja tipprovdi ħarsa mill-qrib lejn il-meravilja sottili tal-ordinarju b'mod metikoluż . 

L-artist iħeġġeġ lil kulħadd biex iħaddan is-sbuħija inerenti tal-ħajja, kif ukoll jiskopri dak t-tajjeb fil-ħajja ta’ kuljum permezz ta’ din il-wirja. L-investigazzjoni tal-forma umana u l-kundizzjonijiet tagħha hija l-għan ewlieni tax-xogħol. Barra minn hekk, il-pittura hija ttrattata bħala mezz ta’ kif wieħed jirreġistra l-ambjent, l-interessi u l-ħajja tiegħu. 

Il-Ministru t'Għawdex, Clint Camilleri, fetaħ il-wirja fis-7 ta' Diċembru, fejn se tibqa' miftuħa sat-28 ta' Diċembru. ‘Carpe Diem’ tista’ tinżar mis-7 am sas-2.30 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa, kif ukoll mid-9 am sal-12 pm nhar ta’ Sibt, Ħdud, u festi pubbliċi. 

More in Arti