Ir-ritorn ta' Iċ-Ċaqqufa : 'Ejja 'l hawn', il-kanzunetta iddedikata għall-karba tal-omm lil binha muġugħ

Il-kanzunetta hija iċċentrata lejn l-isforz tal-protagonista biex tipproteġi lil binha u s-saħħa mentali tiegħu meta jsir jaf li huwa prodott ta' stupru 

'Ejja 'l hawn' hija l-kanzunetta tematika l-ġdida għar-raba’ staġun tant mistenni tas-sensiela televiżiva Iċ-Ċaqqufa, li tirritorna fuq Tokis ta’ GO TV wara stennija ta’ sitt snin.

Miktuba minn Pierre Portelli - l-istess kittieb li ħoloq is-sensiela - b’mużika u vuċi ta’ Megan May Caruana, li hija wkoll waħda mill-attriċi l-ġodda fis-sensiela. L-arranġament tal-kanzunetta hu ta’ Philip u Sean Vella, li orkestraw il-melodia ħelwa-morra perfettament għal-lirika punġenti.

 Il-kanzunetta hija l-karba ta’ omm lil binha muġugħ. Hija ħarsa lejn il-vjaġġ tul il-ħajja ta’ Rose, il-protagonista fl-erba’ staġuni ta’ Ic-Caqqufa (2013 – 2022). Meta Michael isir jaf, ta’ età żgħira, li hu l-prodott ta’ stupru l-kundizzjoni mentali tiegħu tmur għall-agħar. Biex tipproteġih mir-realtà Rose tpoġġi lil Michael f’kulleġġ barrani, biss, is-solitudni, l-iżolament u n-nuqqas tal-familja għamluh agħar. Il-kliem tad-diska huma xhieda ta’ l-isfidi soċjali kbar li jiffaċċjaw in-nisa li huma vittmi ta' abbuż.

Ejja 'l hawn tista’ tinstema’ fuq Spotify, iTunes u stazzjonijiet tar-radju lokali. Il-video mużikali jinstab fuq GO TV, YouTube u l-midja soċjali.

More in Arti