12-il kor minn Malta u l-Ewropa se jtellgħu diversi kunċerti tal-Milied fil-Kottonera u Ħaż-Żabbar
Ir-raba’ edizzjoni tal-Malta International Christmas Choir Festival se ssir dan tmiem il-ġimgħa

Minn għada, it-2 ta’ Diċembru, se tkun qed tibda r-raba’ edizzjoni tal-Malta International Christmas Choir Festival, kunċert li se jara xejn inqas minn 12-il kor jieħdu sehem f’ħames kunċerti fil-knejjes tal-Kottonera u Ħaż-Żabbar matul dan tmiem il-ġimgħa.
Il-korijiet se jkunu qed ikantaw diversi għanjiet tal-Milied kif ukoll għanjiet oħra mir-repertorju rispettiv tagħhom u wħud minnhom se jieħdu wkoll sehem f’ċelebrazzjonijiet liturġiċi, inkluż fil-Kolleġġjata ta’ Bormla li bħalissa tinsab imżejna fl-aqwa tagħha għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Dawn il-korijiet ġejjin mill-Italja, il-Litwanja, il-Bulgaria, L-Islovakkja u anke Malta.
Il-programm huwa dan:
Il-Gimgħa 2 ta’ Diċembru
- Knisja Parrokjali San Gużepp – Kalkara -7.15 p.m.
- Knisja Santa Tereża – Bormla – 7.15 p.m.
Is-Sibt 3 ta’ Diċembru
- Knisja tal-Madonna tal-Portu Salvu – Isla – 7.15 p.m.
- Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja – Ħaż-Żabbar – 7.30 p.m.
Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru – Sehem fil-quddiesa tal-Ħadd
- Knisja ta’ Santa Barbara (Kappuċini) - Kalkara – 10 am
- Knisja tal-Lunzjata (Dumnikani) - Birgu – 10 am
- Bażilika Kolleġġjata ta’ Maria Bambina – Isla – 10.30 a.m
- Santwarju Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata – Bormla – 11.30 a.m.
Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru – Serata Finali
- Knisja Konventwali u Kolleġġjata ta’ San Lawrenz - Birgu – 7.15 p.m F'din is-serata se jieħdu sehem il-korijiet kollha u jsiru l-preżentazzjonijiet uffiċjali
Bħal kull sena, dan il-festival qed ikun organizzat, minn Leon Promotions Malta, flimkien ma’ Euro Art Italy, bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Kottonera.
L-introduzzjoni tal-kunċerti se tkun qed issir mit-trio mużikali Timad, mill-Islovakkja. Id-dħul għall-kunċerti huwa bla ħlas.
Il-Korijiet kollha li se jieħdu sehem huma dawn:
Music & Joy Chamber Choir mill-Bulgarija
Liepos Choir mill-Litwanja
Kor San Gużepp tal-Kalkara
Orpheus Choir mill- Bulgarija
Svajone Choir mill-Litwanja
Kor Tota Pulchra ta’ Bormla
Piccolo Grande Coro Oschirese mill-Italja
Kor Notre Dame ta’ Ħaż-Żabbar
Nona Choir mill-Litwanja
St. Julians Choral Group (Malta)
Chernomorski Zvutsi Choir mill-Bulgarija
Joy Gospel Singers (Malta)
