Mary Spiteri u Ludwig Galea b'diska uffiċjali dwar il-Belt Valletta u l-Beltin

Din id-diska nkitbet fuq l-inizjattiva tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta

Il-Belt Valletta saret post fejn kulħadd jieħu gost iżur, kemm biex jiekol, jixtri u anke biex jiddeverti. Minn Belt li torqod mas-7pm, saret Belt ħajja li ssaħħar li kull min iżurha.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tkompli tiċċelebra dak kollu li hu Belti u issa se tniedi wkoll diska uffiċjali għall-Belt Valletta u l-Beltin.

Il-kliem huwa ta' George Peresso u l-mużika ta' Ludwig Galea, li jkanta wkoll fl-istess diska flimkien ma' Mary Spiteri.

Il-kanzunetta se titnieda nhar l-Erbgħa li ġej filgħaxija quddiem il-Biblijoteka Nazzjonali.

Issa li s-sajf kważi spiċċa u miegħu anke l-festi li jiġu ċċelebrati fil-Belt (bl-aħħar waħda tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd li ġej), l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta tħares 'il quddiem lejn programm kulturali vast li jibda bir-ritorn tan-Notte Bianca u jkompli bil-festi tal-Milied fil-Kapitali. 

More in Arti