16-il kanzunetta se jikkompetu fis-serata finali tal-Għanja tal-Poplu

L-aħħar serata tal-Għanja tal-Poplu se ssir nhar is-Sibt 30 ta' Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra

Sittax il-kanzunetta se jkunu qed jikkompetu fis-serata finali tal-Għanja tal-Poplu li se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Paul Abela. 

Is-sittax-il kanzunetta finalista ntgħażlu minn 131 kanzunetta li daħlu għal din l-edizzjoni.

Il-ġurija din is-sena se tkun komposta minn ġurija popolari kif ukoll minn ġurija esperta.  Il-premjijet speċjali se jiġu deċiżi mill-ġurija esperta. 

Minn din is-sena, il-premju għall-aħjar interpretazzjoni se jibda jissejjaħ ‘Premju Enzo Gusman għall-Aħjar Interpretazzjoni’. 

Matul Lulju se jibdew jidhru s-song videos tal-kanzunetti fuq it-televiżjoni u fuq il-media soċjali u Youtube. Barra minn hekk, il-kanzunetti se jkunu ppublikati fuq Spotify, Itunes u platforms mużikali oħra.

Tony Camilleri (l-Għannej) se jkun il-mistieden speċjali u Valerie Vella se tkun qed tippreżenta din is-serata ġewwa Pjazza Teatru Rjal. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt

Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit www.ghanjatalpoplu.org

Il-Kanzunetti tal-Għanja tal-Poplu 2022:

Qalb ta’ Qalbi – Mark Spiteri Lucas (Mark Spiteri Lucas) 

Xemgħa – Mireille Rose Borg (Philip Vella) 

Illejla – Neville Refalo (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas) 

Intbaħt – Ryan Grech (Ryan Grech, Ryan Grech u Matteo Depares) 

Il-Ħuta l-Kbira – Sarah Micallef Muscat (Rita Pace, Augusto Cardinali) 

Ismi – Marija Bellia (Iona Dalli u Marija Bellia) 

Festa tal-Kartapesta – Daniel Sammut (Alfred C.Sant, David Joseph Sammut) 

Klikk – Dominic Cini (Etienne Micallef, Dominic Cini) 

U Ijwa – Eliana Gomez Blanco (Etienne Micallef, Eliana Gomez Blanco) 

Bejn il-Ħbieb – Graziana (Kevin Tanti, Chan Vella) 

Fil-Kexxun – Alexia Micallef (Lon Kirkop) 

Ħelu Manna – MARA (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella) 

Mhux Biċ-Ċajt! – Rita Pace u Tikka Banda (Rita Pace, Luke Vella) 

Kont Barrani – Martina Fenech u Esther Spiteri (Etienne Micallef, Mark Spiteri Lucas) 

Mr X – Philip Vella (Joe Julian Farrugia, Philip Vella) 

Ma’ Kull Sekonda – Karen DeBattista u Dan (Paul Ellul, Karen DeBattista)

More in Arti