L-iskultura u l-pittura, il-figurattiv u l-astratt ... l-artist Antionio Mifsud b'wirja sagra fil-Mosta

Il-wirja hija miftuħa sal-31 ta' Ottubru, mit-Tnejn sas-Sibt mis-18.30 sad-21.00 u l-Ħadd mid-9.00 sa nofsinhar fis-Sede tas-Soċejtà Filarmonika Nicolo Isuoard tal-Mosta

L-artist Antonio Mifsud qed itella' wirja ta' xogħlijiet bi sfond sagru li ħadem fl-aħħar xhur fis-Sede tas-Soċejtà Filarmonika Nicolo Isuoard tal-Mosta.

Il-wirja tinkludi xogħlijiet ta' pittura u skultura, bit-tema: "Il-Kapitali t'Alla."

F'din il-wirja, jispikka l-kuntrast bejn l-iskultura u l-pittura, dak li hu figurattiv u dak li hu astratt u anke ma jonqsud dawk it-timbri sinonimi u anke l-istil uniku li għandu dan l-artist.

Mifsud twieled il-Ħamrun fl-1977 ubeda l istudji tal-arti ma' Gorg Mallia fis-Seminarju tal-Arċisqof u tħarreġ mal-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.

Il-wirja hija miftuħa sal-31 ta' Ottubru, mit-Tnejn sas-Sibt mis-18.30 sad-21.00 u l-Ħadd mid-9.00 sa nofsinhar u mis-18.30 sad-21.00.

More in Arti