Julie Pomorski tirritorna fix-xena mużikali bħala kantawtriċi bil-kanzunetta 'Ar’ Int'!'

Din hija l-ewwel kanzunetta oriġinali mill-vuċi ta’ Julie Pomorski minn Ħolqa, li biha hija ħadet sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu 2017

Julie Pomorski żgur li m’għandha bżonn ebda introduzzjoni fix-xena tal-ispettaklu. Nafuha fuq il-palk, fi studjo tat-televixin jew inkella fi studjo tal-kant. 

Illum tipprepara wkoll lill-kantanti futuri bit-tagħlim tal-vuċi. Iżda apparti minn hekk hija wkoll kantawtriċi u għadha kemm nediet il-kanzunetta  'Ar’Int!' fuq kliem u mużika tagħha stess.

Jassistuha kien hemm Conrad Dimech ta’ Blacklight Studios. Jidher li din hija biss togħma ċkejkna ta' dak li ġej fil-futur. 

"Ar’Int! mhi miktuba għal ħadd partikolari, iżda ħassejt li kelli noħloq persuna li ħafna jistgħu jirrelataw magħha, persuna li tgħaddi minn episodju fejn tingidem minn xi ħadd li tkun mingħalhja bniet relazzjoni intima," spjegat. Tisħaq li l-kanzunetta ilha miktuba madwar tliet snin iżda fi kliemha, il-kanzunetta u l-messaġġ tiegħu jibqgħu relevanti dejje, 

Din hija l-ewwel kanzunetta oriġinali mill-vuċi ta’ Julie Pomorski minn Ħolqa, li biha hija ħadet sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu 2017.

Ar’Int! hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon and iTunes, anke bis-saħħa tal-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds.

More in Arti