Mario
Azzopardi

Mario Azzopardi kien pijunier tal-letteratura u t-teatru l-ġdid f'Malta fit-tieni nofs tas-snin sittin. Kien il-viċi ċermen tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kellu l-iskop li jġib aġġornament radikali tal-letteratura lokali. Azzopardi ħadem f'diversi ġeneri tat-teatru esperimentali, komunitarju u politiku u kien fost dawk li introduċew f’Malta t-Teatru tat-Triq. Bejn l-1987-1992 mexxa l-kumpanija-skola Politeatru, bil-għan li jwassal it-teatru impenjattiv għand il-klassi tal-ħaddiema. Ħadem bħala l-ewwel koordinatur tal-Politika Kulturali ta' Malta (2001) u kien l-ewwel relatur Malti għall-Kunsill tal-Ewropa, fil-proġett EricArts ta' Brussell. Ħoloq diversi proġetti konġunti teatrali ma' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u ħadem f'inħawi bħall-Italja, Franza, l-Awstrija, is-Slovakkja, il-Polonja, il-Latvja, l-Estonja u l-Litwanja. Ħareġ diversi kotba ta' poeżiji u ngħata l-Premju Letterarju Nazzjonali erba' darbiet. L-aħħar proġett tiegħu għat-teatru jinvolvi analiżi dwar id-divertiment tal-Maltin fl-Awstralja (2013). [email protected]

Il-Eurovision 2016
Teatru tat-triq f’Ħadd il-Palm
Intervista mar-reġista Martin Gauci tal-Għargħur
‘Ħabbilni ħa nirbaħ’ u kpiepel tal-preċetti
It-Telenovelli li f’Malta nibżgħu mmissu
"Bezzina jgħix bl-illużjoni li n-nies qed tidħaq b’dak li jgħid,...
Kif tikkundanna lit-tfal bl-odju etniku
BBC: Il-prezz ta’ pakkett te
minn Mario Azzopardi
Xarabank u l-popoliżmu
L-impatt tat-traffiku u l-politiċi
L-artiklu ta' Mario Azzopardi dwar it-traffiku li deher fuq il-ġurnal...