Mario
Azzopardi

Mario Azzopardi kien pijunier tal-letteratura u t-teatru l-ġdid f'Malta fit-tieni nofs tas-snin sittin. Kien il-viċi ċermen tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kellu l-iskop li jġib aġġornament radikali tal-letteratura lokali. Azzopardi ħadem f'diversi ġeneri tat-teatru esperimentali, komunitarju u politiku u kien fost dawk li introduċew f’Malta t-Teatru tat-Triq. Bejn l-1987-1992 mexxa l-kumpanija-skola Politeatru, bil-għan li jwassal it-teatru impenjattiv għand il-klassi tal-ħaddiema. Ħadem bħala l-ewwel koordinatur tal-Politika Kulturali ta' Malta (2001) u kien l-ewwel relatur Malti għall-Kunsill tal-Ewropa, fil-proġett EricArts ta' Brussell. Ħoloq diversi proġetti konġunti teatrali ma' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u ħadem f'inħawi bħall-Italja, Franza, l-Awstrija, is-Slovakkja, il-Polonja, il-Latvja, l-Estonja u l-Litwanja. Ħareġ diversi kotba ta' poeżiji u ngħata l-Premju Letterarju Nazzjonali erba' darbiet. L-aħħar proġett tiegħu għat-teatru jinvolvi analiżi dwar id-divertiment tal-Maltin fl-Awstralja (2013). [email protected]

L-Iintelliġenza emottiva ta' President mara
Allaħares l-elementi Mintoffjani fil-Partit Laburista għad għandhom...
L-Awstrija: passaporti jiswew €2.5 miljun
L-Awstrija qed tgħid li qatt ma biegħet iċ-ċittadinanza. Mhux bħal Malta,...
Il-Papa, il-metafora u l-azzjoni