Imut Fr Raymond Cassar, il-qassis li f'Jannar inqabad jirrabja waqt quddies

Il-qassis, popolari l-aktar maż-Żrieraq speċjalment għal omeliji interessanti tiegħu, kien ħasad lill-bosta meta f’Jannar li għadda rrabja ma’ persuni waqt il-quddiesa għax ma ogħbitux l-attitudni tagħhom

Il-qassis li ftit xhur ilu dar il-midja soċjali minħabba li ħataf xi persuni waqt quddiesa, miet.

Fr Raymond Cassar miet wara li kien ilu marid.

L-isqof Charles Scicluna, li żar lil qassis fl-isptar, se jkun qed imexxi l-quddiesa tal-funeral tiegħu.

Il-qassis, popolari l-aktar maż-Żrieraq speċjalment għal omeliji interessanti tiegħu, kien ħasad lill-bosta meta f’Jannar li għadda rrabja ma’ persuni waqt il-quddiesa għax ma ogħbitux l-attitudni tagħhom.

B’rabja liema bħala l-qassis talab li l-kongregazzjoni tingħaqad fil-kant, filwaqt li saħaq li hu kien il-‘president’ waqt il-Quddiesa u ma kienx każ li kulħadd jagħmel dak li jogħġbu.

Wara li l-filmat kien ixerred fuq pjattaformi soċjali Maltin, il-Kurja kienet ħarġet stqarrija titlob empatija u sensittività.

Jilqa’ b’dispjaċir l-aħbar ta’ mewtu, il-Ministru għal-Kultura Owen Bonnici, espriema l-kondolajanzi tiegħu u qal li l-ħbiberija bejnithom kienet wisq għażiża għalih, tant li inkwieta meta seħħ l-inċident.

L-aħħar tislima lil Fr Raymond se tingħata s-Sibt 18 ta' Mejju. Huwa se jkun espost fis-7:30am fil-kappella ta' San Ġakbu Żurrieq u fl-10am issirlu quddiesa Presente Cadavere fil-Knisja Arċipretali.

More in Socjali