Donaturi tal-organi, il-Belt Valletta u l-iżvilupp fix-Xemxija... Dak kollu li se taqra fl-ILLUM tal-Ħadd

Minn artikli informattivi, għal intervista esklussiva mal-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-MEPs Clint azzopardi Flores... Ixtri l-gazzetta ILLUM għada l-Ħadd 17 ta' Marzu

Il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd 17 ta’ Marzu tagħti ħarsa lejn l-emenda proposta mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo, u titkellem mal-protagonisti biex titgħallem aktar dwar id-dibatittu li l-emendi bdew fl-aħħar ġimgħa.

F’intervista esklussiva mal-ġurnalist Luigi Sghendo, il-kandidat Laburist għall-elezzjonijiet tal-MEPs Clint Azzopardi Flores jitkellem dwar il-votanti, il-manifest eletorali tal-Partit Popolari Ewropew, il-ħidma tal-Gvern fis-soċjal u aktar.

Min-naħa l-oħra, il-ġurnalista Elaine Camilleri titkellem mar-residenti Beltin dwar l-aħħar kontroversja li nqalgħet fil-belt kapitali.

Ixtri l-gazzetta ILLUM, għada, il-Ħadd 17 ta’ Marzu, biex taqra dan u aktar.

Tixtieq taqsam magħna l-istorja tiegħek? Tixtieq tkellem ġurnalist tal-ILLUM? Ibgħat email fuq [email protected] .

 

More in Socjali