Rebbieħa tal-Malta Waste Reduction Awards jingħataw total ta' €22,000 fi premjijiet

Ingħata total ta’ €22,000 fi premjijiet lir-rebbieħa u total ta’ €6,000 ingħataw lil tliet skejjel li ħadu sehem għall-ewwel darba biex jinvestuhom fuq proġetti u inizjattivi ambjentali

WasteServ tħabbar ir-rebbieħa tal-11-il edizzjoni tal-Malta Waste Reduction Awards bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart li jirrikonoxxi l-impenn ta’ dawk li jwettqu inizjattivi favur it-tnaqqis tal-iskart. 

Ġurija t’esperti evalwat s-sottomissjonijiet u għażlet ir-rebbieħa, li ngħataw total ta’ €22,000 fi premjijiet biex isaħħu aktar l-isforzi u l-inizjattivi tagħhom. 

Għall-ewwel darba, tliet skejjel ġew rikonoxxuti għall-azzjonijiet tagħhom. Dawn huma l-iskola Immakulata Kunċizzjoni tal-Kulleġġ St Jeanne Antide, li ġew fit-tielet post, segwiti minn l-Iskola St Francis Rabat Għawdex, filwaqt li l-Kulleġġ Missjunarju San Pawl ġie fl-ewwel post. 

Dawn l-iskejjel ingħataw total ta’ €6,000 biex jinvestuhom fuq proġetti u inizjattivi ambjentali ġodda.

Il-premjijiet ta’ din is-sena kienu ffukati fuq l-iskart li jintuża għall-ippakkjar ta’ prodotti, u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Il-parteċipanti ġew mistiedna juru l-azzjonijiet tagħhom biex inaqqsu, jerġgħu jużaw u jirriċiklaw l-iskart

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli rringrazzjat lill-parteċipanti u enfasizzat l-importanza ta’ aktar kuxjenza favur l-ambjent u aktar prattiċi sostenibbli tal-iskart. “

Il-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca feraħ lill-parteċipanti kollha u nnota kif dan l-avveniment iħeġġeġ stakeholders differenti biex jinvolvu ruħhom fil-prevenzjoni u s-separazzjoni tal-iskart. “

Barra minn hekk, waqt din iċ-ċerimonja ingħata wkoll rikonoxximent lill-Kunsilli Reġjonali għall-isforzi tagħhom fil-lokalitajiet tagħhom favur l-immaniġġjar tal-iskart bi premjijiet mogħtija lill-aqwa tliet Reġjuni, li kienu l-Kunsill Reġjonali Port, il-Kunsill Reġjonali Għawdex u l-Kunsill Reġjonali Punent. 

Il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart hija l-akbar kampanja fl-Ewropa mmirata biex tippromwovi l-prevenzjoni tal-iskart. 

Ir-rebbieħa tal-11-il edizzjoni tal-Malta Waste Reduction Awards huma:

  • Waste Reduction Award in Public Administration – Kunsill Lokali l-Isla
  • Waste Reduction Award in Associations Category – St Jeanne Antide Foundation
  • Waste Reduction Award in Schools Category –St Paul’s Missionary College
  • Waste Reduction Award in Clean-up Awareness - Żibel 
  • Waste Reduction Award in Business Category – Malta National Aquarium
  • Waste Reduction Award in Citizens Category - EcoWrap
  • Waste Reduction Award for Best Practice in Most Innovative Initiative – Malta Freeport Terminals Limited

Il-kampanja ta’ din is-sena se ssir mis-16 sal-24 ta’ Novembru, b'enfasi fuq l-iskart tal-ikel. 

More in Socjali