Minn kummenti dwar id-drittijiet tan-nisa mall-attivista ta’ Moviment Graffitti Christine Cassar, għal kummenti dwar il-gwadan sportiv għan-nisa mal-futboler Maltija Maya Lucia.
Minn intervista ma’ persuna li minn mara tad-dar issa qed tmexxi bħala direttriċi ta’ kumpanija f’settur iddominat mill-irġiel, għal taħdita ma’ Palestinjana f’Malta li qed taħdem sabiex għajnuna tidħol minn Malta f’Gaża.
Dawn huma biss ftit mill-istejjer li inti tista’ taqra fil-gazzetta ILLUM, jumejn biss wara Jum il-Mara.
Min-naħa l-oħra, il-ġurnalista Elaine Camilleri tpoġġi f’intervista esklussiva mal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo, wara li mexxa l-proposta tas-sistema ‘opting-out’ fil-każ ta’ donaturi tal-organi.
Fl-istess waqt, il-ġurnalist Luigi Sghendo jitkellem mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, dwar kif il-konsumatur għandu jipproteġi ruħu meta jmur jixtri.
Ixtri l-gazzetta ILLUM, għada l-Ħadd 10 ta’ Marzu biex taqra dan u aktar.