GBC u oħrajn jappoġġjaw id-deċiżjoni biex binjiet f'Għawdex jinbnew bil-ġebla Maltija

The Gozo Business Chamber (GBC) u assoċċazzjonijiet Għawdxin laqgħu d-deċiżjoni mħabbra mill-Ministru Clint Camilleri sabiex bini ġdid ikollu faċċata mibnija bil-ġebla Maltija

The Gozo Business Chamber (GBC) u oħrajn laqgħu d-deċiżjoni mħabbra mill-Ministru għall-Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri dwar l-introduzzjoni ta’ faċċati tal-bini bil-ġebla Maltia għall-bini l-ġdid kollu fil-gżira, inkluż in-naħa ta’ wara tal-bini li jkun fil-perimetru taż-żoni tal-bini.

Dan ħabbru il-Ministru Camilleri f’intervista bħala waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tiegħu minnmindu nħatar fil-portafol il-ġdid ix-xahar li għadda. 

Camilleri qal li l-politika għandha l-għan li toħloq bini li jkun f’armonija mal-karatteristiċi arkitettoniċi tradizzjonali tal-irħula Għawdxin.

Huwa qabel mat-tħassib imqajjem fost sindki Għawdxin dwar l-iżvilupp żejjed li esperjenza Għawdex iżda kien ta’ kontribut għall-progress ekonomiku li esperjenzat il-gżira matul l-aħħar għaxar snin.

Camilleri insista li fl-2013, Għawdex kienet gżira mingħajr investiment, qgħad għoli u żgħażagħ li jridu jitilqu.

Huwa qal li kien aħjar li nitkellmu u nindirizzaw il-problemi maħluqa mill-“eċċess” aktar milli x-“xejn” tal-passat.

Il-Gozo Business Chamber irreaġixxa b’mod pożittiv biex Għawdex jitqies bħala sors ta’ test għal din il-politika ġdida, minħabba ċ-ċokon, il-karattru distintiv, u l-omoġeneità tal-gżira.

“Iċ-Chamber jemmen li dan huwa l-ewwel pass importanti li bih tiġi adottata perspettiva reġjonali għat-tfassil tal-politika, mhux waħda li hija nazzjonali, iżda waħda li hija bbażata fuq il-post, u li tqis il-kuntest tal-gżira u tippreserva l-karatteristiċi distinti tagħha, ”qal il-GBC.

Huwa awgura li l-inizjattiva għandha twitti t-triq għal aktar konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha dwar kwistjonijiet ta' ppjanar, fejn "huma meħtieġa regoli u linji gwida ċari".

" Iċ-Chamber jemmen li din l-inizjattiva hija l-ewwel pass lejn perspettiva ta' ppjanar olistiku għall-gżira li tqis il-ħtiġijiet tagħha, tippreserva l-ambjent, u toħloq sitwazzjoni ekwa għal kulħadd," żied.

Din il-politika ġiet milqugħa b’mod pożittiv ukoll mill-Assoċċazzjoni għat-Turiżmu għall-Għawdex kif ukoll mill-Assoċċazzjoni tal-Iżvilupp ta’ Malta fejn qablu li din se tkun mod kif tiġi ppreservat il-wirt arkitettoniku tal-gżira filwaqt li jitrawwem it-tkabbir ekonomiku u jkun ta’ benefiċċju għall-komunità. L-Assoċċazzjoni għat-Turiżmu qalet li din se sservi ta' pass 'il quddiem għall-żvilupp fil-futur u li se jkompli jimbotta l-ekonomija t'Għawdex b'mod sostenibbli. 

More in Socjali