NGOs iridu li Malta tingħaqad mal-Afrika t’Isfel kontra l-Iżrael fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ)

Numru ta’ għaqdiet mhux governattivi ngħaqdu flimkien sabiex f’ittra indirizzata lil Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ esprimew it-talba tagħhom biex Malta tinvolvi ruħha fil-każ miftuħ mill-Afrika t’Isfel kontra l-Iżrael fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ), rigward il-ġenoċidju ġewwa Gaża

Numru ta’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) ngħaqdu flimkien sabiex f’ittra indirizzata lil Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ esprimew it-talba tagħhom sabiex Malta tinvolvi ruħha bi prinċipju fil-każ miftuħ mill-Afrika t’Isfel kontra l-Iżrael fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ), rigward il-ġenoċidju li qiegħed iseħħ ġewwa Gaża. 

L-għaqdiet saħqu li “appoġġ ta’ Malta f’din il-kwistjoni jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jippromwovi dinja iktar ġusta u paċifika”. Dan intqal b’rabta mar-riżoluzzjoni li Malta mbuttat ‘il quddiem fil-Ġnus Magħquda b’enfasi fuq soluzzjonijiet diplomatiċi u li jiġu ndirizzati kwistjonijiet umanitarji.

Fl-ittra l-għaqdiet qalu li Malta ħadet pożizzjoni soda meta mexxiet is-sejħa għal ‘pawża umanitarja’ permezz ta’ negozjati onesti u b’intenzjoni ġenwina. Malta esprimiet dispjaċir li l- Istati Uniti użat il-veto u saħqet l-appoġġ tagħha għal soluzzjoni li tinvolvi żewġ stati, fejn uriet l-impenn assolut tagħha li l-krizi tiġi solvuta b’mod kostruttiv. 

L-għaqdiet komplew jgħidu li l-sur tar-regoli u n-nies li qed jitilfu ħajjithom “huma ferm inkwetanti.”

“Għalhekk aħna qegħdin nagħmlu talba b’saħħitha biex inħeġġuk taħtaf din l-opportunità biex Malta tkun minn tal-ewwel fost l-Istati Membri tal- Unjoni Ewropea billi tingħaqad mal-Afrika t’Isfel f’dan il-każ kontra l-Iżrael fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ)” tgħid l-ittra. 

l-ittra tagħlaq billi tgħid li “l- influenza ta’ Malta tista’ tagħmel impatt sinifikanti għall-kisba tal-ġustizzja u biex jiġi stabbilit qafas li jirrispetta d-drittijiet u s-sovranità tal-partijiet kollha 

aditus foundation,African Media Association Malta, Association for Justice Equality and Peace, Blue Door Education, Daphne Caruana Galizia Foundation,Integra Foundation,Moviment Graffitti, Office of the Dean, Faculty of Education, Peacelab, PEN Malta,Spark15 

More in Socjali