Fl-aħħar 10 snin ġew miċħuda eluf ta' talbiet għal benefiċċji soċjali minn persuni li m'għandhomx bżonnhom

Bejn l-2021 u l-2022 kien hemm aktar minn 2000 każ ta' abbuż, li jammontaw għal aktar minn €10 miljun. Dawn it-talbiet għall-benefiċċji ma ġewx aċċettati wara ħidma ta' skrutinju minn entitajiet tal-Gvern

Madwar nofs l-applikazzjonijiet ġodda għall-benefiċċji mhux kontributorji li saru bejn l-2016 u l-2022 ġew miċħuda, hekk kif instab li l-persuni li applikaw għal dawn il-benefiċċji kienu jeċċedu l-ammonti stipulati.

Fil-fatt, f’dawn is-sitt snin, ġew analiżżati mas-26,850 applikazzjoni, liema skrutinju wassal sabiex €10 miljun f’benefiċċji ma tħallsux lil persuni li ma jikkwalifikawx għalihom, liema fondi jistgħu jintużaw għal min verament għandu bżonn.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarjiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, fejn ta aktar dettalji dwar il-ħidma tal-Gvern biex jelimina l-abbuż ta’ benefiċċji soċjali. 

Hawn intqal li fl-2016 ġie mwaqqaf il-Business Intelligence Unit proprju għall-għan ta’ aktar skrutinju fuq il-‘means tested benefits’ qabel isir il-ħlas tal-benefiċċju.

Ġie nnutat ukoll li mill-2012 sal-2022, il-każijiet ta’ abbuż żdiedu b’mod notevoli, u li kieku ma nqabdux, il-Gvern ikun tilef miljuni kbar ta’ ewro minħabba l-abbużi.

Il-Ministru Falzon saħaq li l-Gvern se jibqa’ “jinċentiva u jgħin liż-żgħir, iżda qatt mhuwa se jħalli jew jippermetti xi forma ta’ abbuż.”

Sena Savings u Overpayments Każijiet
2012 €2.8 miljun 779
2013 €3.4 miljun 838
2014 €3.8 miljun 887
2015 €4.2 miljun 972
2016 €4 miljun 975
2017 €4 miljun 957
2018 €4 miljun 1196
2019 €3.9 miljun 1045
2020 €3.9 miljun 1015
2021 €4.9 miljun 1174
2022 €4.9 miljun 1059

More in Socjali