Frar fawwar jimla' l-bjar: Maltemp qawwi jilħaq lil Malta b'sigħat ta' xita bla waqfien, riħ u kesħa

Minkejja xitwa b'bidu xott u sħun, kollox inbidel din is-sena u Frar qiegħed iżomm mar-reputazzjoni tiegħu li jfawwarna bl-ilma

Xita, xita u aktar xita...
Xita, xita u aktar xita...

Jekk kien hemm min ħaseb li mhux se jkollna xitwa, ħaseb ħażin u Frar - bħal ma jgħid il-qawl - qiegħed tassew ifawwar u jimla' l-bajr.  L-aħħar sigħat qed jilħqu l-qofol ta' dak li jidher illi huma l-aktar jiem kesħin u xitwin matul dan l-istaġun hekk kif ix-xita mhux talli bilkemm ma waqfet xejn mil-bieraħ filgħodu, talli kmieni wara nofsinhar illum, il-qawwa tax-xita żdiedet sew kif żdied ukoll ir-riħ. 

Maltemp qawwi jolqot lil Malta u Għawdex
Maltemp qawwi jolqot lil Malta u Għawdex

Fil-fatt is-sit ta' Facebook Temp Madwarna qal li wara 20 siegħa ta' xita ħafifa, niżel madwar pulzier u nofs ilma, bi twissijiet kontinwi biex tevitaw postijiet fejn jinġabar l-ilma u li probabbilment bħalissa jinsabu mgħerrqin. 

Il-jum tal-Ħamis mistenni jibqa' jkun karaterizzat minn xita - xi kultant qawwija ħafna u anke bir-ragħad - kesħa u għargħar, bit-temperaturi jinħassu fil-livelli ta' madwar seba' gradi celsius. Ir-riħ se jibqa' qawwi mil-Lvant u jdur Grigal u jilħaq forza ta' riefnu.

Intant għada l-Ġimgħa wkoll msemmija x-xita bir-riħ jibqa' jkun qawwi ħafna u t-temperatura tibqa' simili għal dik ta' bħalissa. 

Malta fiċ-ċentru ta-maltempata
Malta fiċ-ċentru ta-maltempata

 

More in Socjali