Mijiet ta' persuni b'mard rari ilhom maqfulin ġewwa mis-sena l-oħra - RDM

L-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ lil dawk b'Mard Rari (RDM) tikteb lill-Ministru Chris Fearne u titlob li persuni b'mard rari ikunu fost l-ewwel li jieħdu l-vaċċin

Filwaqt li nnotaw b'ottimiżmu l-proċess tal-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19, l-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ lil dawk b'Mard Rari (RDM) kitbet lill-Ministeru tas-Saħħa sabiex persuni b'mard rari jkunu minn fost tal-ewwel li jieħdu l-vaċċin. 

L-Alleanza tirrapreżenta 400 pazjent u dawk li jieħdu ħsiebhom u li jbatu minn mard rari jew kundizzjonijiet li jagħmluhom fost l-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà.  Dan filwaqt li ġġib flimkien organizzazzjonijiet bħal ALS Malta u l-Blood Disorder Group. 

Fi stqarrija l-Alleanza fakkret li persuni b'mard rari ilhom f'lockdown minn kmieni s-sena l-oħra, iżolati u aktar vulnerabbli milli diġa' huma fil-ħajja normali, 'il bogħod minn ħuthom, ħbieb, u f'xi każi minn ġenituri, carers u anke mill-iskejjel. 

RDM temmet tgħid fl-istqarrija li qed tagħti għajununa psikoloġika mingħajr ħlas fejn ikun meħtieġ. 

More in Socjali