Aġġornata | Dawk kollha li kienu ttestjati wara l-party sa issa rriżultaw fin-negattiv għall-Covid-19

Persuna li rriżultat fil-pożittiv illum għall-Covid-19 attendiet party f'lukanda f'San Ġiljan bejn is-17 u d-19 ta' Lulju ... dawk madwaru li għamlu t-test sa issa kollha rriżultaw fin-negattiv

Dawk kollha li intalbu jieħdu swabs għall-Covid-19 wara li marru party ir-Radisson Blu fi tmiem il-ġimgħa rriżultaw fin-negattiiv għall-Covid-19 biex b'hekk sa issa hija persuna waħda biss li rriżultat fil-pożittiv għall-Covid-19 u li marret dan il-party li sar bejn is-17 u d-19 ta' Lulju li għaddew.  

Fi stqarrija l-Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika rrakkomandaw lil dawk kollha li attendew dan l-avveniment biex jagħmlu swab test għal COVID19. Dawn għandhom iċemplu 111 għall-appuntament, anke jekk m’għandhom l-ebda sintomi. 

Minħabba li s-sintomi jistgħu joħorġu sa 14-il ġurnata wara li jkun sar kuntatt mal-virus, huwa importanti li dawk kollha li attendew jagħtu aktar każ għax xi sintomi anke ħfief li jista’ jkollhom matul il-ħmistax li ġejjin."

"Waqt li m’hemmx lok ta’ allarm hekk kif qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji kif qed isir f’dan il-każ, huwa importanti li wieħed jibqa’ jsegwi l-pariri għas-Saħħa Pubblika," temmet tgħid l-istqarrija. 

Din il-persuna li attendiet dan il-party hija l-unika każ pożittiv fl-aħħar 24 siegħa biex il-każi attivi issa telgħu għal sitta.  

 

More in Socjali