Segwi | 'Seba’ waqfiet ma’ Ġesù’: L-Arċisqof imexxi mument ta' talb minflok is-seba' visti

L-Arċisqof se jmexxi dan il-mument ta' talb fil-Katidral tal-Imdina

Normalment, bħal-lum, huma ħafna dawk il-familji Maltin u Għawdxin li jagħmlu s-seba' visti, meta jimxu minn knisja għal oħra u jitolbu quddiem l-Artali tar-Repożizzjoni fejn jitpoġġa s-Sagrament wara l-quddiesa solenni ta' Ħamis ix-Xirka.

Minħabba l-fatt li din is-sena dan mhux se jkun possibbli, Monsinjur Arċisqof se jmexxi mument ta' talb fil-Katidral tal-Imdina.

Monsinjur Arċisqof se jibbaża riflessjonijiet mill‑Evanġelju skont San Ġwann mir‑rakkont tal‑Aħħar Ċena. Bħad‑dixxipli fiċ‑ċenaklu mal‑Imgħallem, mid‑djar tagħna ser ‘niltaqgħu’ fil‑Katidral għal mument ta’ talb b’ispirazzjoni mill‑arti ta’ dan it‑tempju.

Janimaw dan it‑talb: Paul u Denise Mintoff, Jacob Portelli fuq iċ‑ċetra u l‑arpa, u Giulia Privitelli, storika tal‑arti minn Pietre Vive, li se taqsam riflessjonijiet dwar xogħlijiet mill‑patrimonju artistiku tal‑Katidral marbuta mas‑siltijiet mill‑Iskrittura li ser jinqraw. 

It‑test ta’ dan il‑mument ta’ talb, kemm bil‑Malti u wkoll bl‑Ingliż, hu disponibbli online fuq soter.knisja.mt.

Filmat: Arċidjoċesi ta' Malta

 

More in Socjali