L-ebda każ ta' Corona Virus f'Malta sa issa - Il-Ministeru tas-Saħħa

Tinsewx li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura ... jekk morda ibqgħu d-dar

Iprevjenu billi tibqgħu d-dar jekk morda
Iprevjenu billi tibqgħu d-dar jekk morda

Il-Ministeru tas-Saħħa ippreċiża, kuntrarjament għal xi diċċeriji, illi f'Malta sa issa għad m'hawnx każ ta' COVID-19 magħruf aħjar bħala corona virus.  L-istqarrija qalet ili fid-dawl tas-sitwazzjoni l-awtoritajiet tas-saħħa qed jespandu is-sorveljanza tagħhom għal żona iktar wiesa'.

Il-Ministeru qal ili dawk li għandhom sogħla, riħ, deni jew problemi fin-nifs u li fl-aħħar 14-il jum kienu f'numru ta' pajjiżi għandhom jikkuntatjaw lil-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż fuq in-numru 21324086.

Dawn il-pajjiżi huma: Iċ-Ċina, Hong Kong, Singapore, il-Ġappun, l-Iran, il-Korea ta' Isfel u t-tramuntana tal-Italja l-aktar - Lombardija, Piedmont, Veneto u Emilia-Romagna.​

L-awtoritajiet qed jappellew lin-nies biex kemm jista' jkun ma jmorrux f'dawn il-pajjiżi affetwati u jfakkru li dawk illi jkunu ġejjin minn dawn il-pajjiżi jkunu mitlubin jagħmlu 14-il jum kwarantina.

Ftakru li l-prevenzjoni hija kruċjali

Żommu jdejkhom nodfa - bili taħsluhom diversi drabi b'sapun u ilma jew inkella b'wipes alkoħoliċi

Ibqgħu d-dar jekk ma tifilħux: Tmurx l-iskola jew xogħol jekk qed tħossok marid. Tmurx tara pazjenti l-isptar.

Uża' t-tissues: Meta tisgħol jew tagħtas uża' tissue biex tisgħol jew tagħtas fiha.  Armi t-tissues mill-ewwel.

More in Socjali