Mara bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Luqa

Żagħżugħ ta’ 19-il sena jsofri ġrieħi ħfief wara inċident kmieni filgħodu fi Triq Ħal Farruġ

Ritratt: Pulizija ta' Malta
Ritratt: Pulizija ta' Malta

Mara ta’ 32 sena sofriet ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu f’Ħal Luqa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fi Triq Ħal Farruġ, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’ħabta bejn żewġ vetturi. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-inċident involva Toyota Vitz misjuqa mill-mara, residenti l-Kalkara, u Audi A4 misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-persuni involuti. Ambulanza ħadet lis-sewwieqa l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li ż-żagħżugħ sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċident għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija