Il-Qorti tal-Appell tordna l-iżgumbrament tal-Partit Laburista minn proprjetà f’Santa Venera użata bħala każin
Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat l-iżgumbrament tal-Partit Laburista mill-każin ta’ Santa Venera, tgħid li l-Partit ma jistax jibqa’ jistrieħ fuq il-liġijiet relattivi tal-kera
minn Kaylyn Linwood
F’sentenza mogħtija nhar l-Erbgħa, il-Qorti tal-Appell temmet saga li ilha għaddejja dekadji billi aċċettat ordni ta’ żgumbrament kontra l-Partit Laburista fir-rigward tal-każin ta’ Santa Venera.
Ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, il-qorti kkonfermat deċiżjoni li ttieħdet fl-2025 mill-Bord li Jirregola l-Kera, li kkonkludiet illi l-okkupazzjoni kontinwat tal-partit fuq il-proprjeta kkostitwiet għal-vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali.
Immedjatament, qabel ma ngħatat is-sentenza, l-Imħallef Mintoff indirizza r-rappreżentanti legal għaż-żewġ partijiet fejn staqsha jekk kienx hemm xi mertu biex hu jastjeni mill-kawża, fejn huma stqarru li għandhom kull fiduċja fl-independenza tiegħu bħala Imħallef.
Ilment ta’ 59 sena
L-istorja legali tal-ilment imur lura it-18 ta’ April 1967, meta s-Segretarju tad-Djar ordni ta' rekwiżizzjoni. L-ordni kienet inizjalment għall-faċilitazzjoni sabiex tinfetaħ triq jew bypass mill-Ħamrun għall-Marsa, pero l-proġett ma sarx u minflok, fis-6 ta’ Settembru 1973, il-fond ġie allokat lill-Partit intimat sabiex dan jintuża bħala każin politiku.
Il-proprjetarji, Vanessa Rapa Grech u 11-il membru ieħor tal-familja Grech, kienu sfurzati biex jidħlu ġo relazzjoni ta’ sid-kerrej hekk kif kienu jirċievu kumpens annwali ta’ €382 biss (Lm164).
Huma stqarru li din kienet allokazzjoni ta’ abbuż ta’ poter, hekk kif ma servitx għall-interess pubbliku b’mod ġenwin, imma iktar għall-interess tal-partit politiku.
Storja ta’ vjolazzjoni kostituzzjonali
Qabel l-iżgumbrament, il-propretarji, b’suċċess sfidaw l-ordni ta’ rekwiżizzjoni fil-qrati kostituzzjonali. Nhar is-7 ta’ Diċembru, 2010, il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat l-ordni ta’ rekwisizzjoni nulla u bla effett, tat lill-propretarji €60,000 bħala kumpens.
12-il sena wara fl-2022, il-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) sabet li l-okkupazzjoni u l-ammont ta’ kumpens li r-rikorrenti kienu qegħdin jirċievu mill-kirja tal-fond kien u għadu leżiv tad-drittijiet fundamentali tagħhom kif protetti mill- Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni. B’hekk, ir-rikorrenti tħallsu €161,240.
Minkejja dawn is-sentenzi, il-Partit Laburista ma’ telqux mill-post, fejn argumentaw li l-qrati kostituzzjonali tat biss kumpens u mhux tterminaw l-kera.
Id-deċiżjoni tal-2025 tal-Bord li Jirregola l-Kera
Nhar t-30 2025, l-istess Bord iddeċieda favur il-proprejtarji għat-talba ta’ żgumbrament. Il-Bord ċaħad id-difiża tal-Partit Laburista li l-każin kien iservi skop soċjali jew demokratiku, u ddeskriva x-xhieda f’dan is-sens bħala “irrilevanti” għall-kwistjoni legali dwar jekk kera li nstabet inkostituzzjonali setgħetx tibqa’ fis-seħħ.
Il-Bord sostna li d-dmir tiegħu kien li jwaqqaf il-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-proprjetà tas-sidien.
“Jekk jagħmel hekk, il-Bord mhux biss ikun qed imur kontra dak li jgħid u jrid l-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, iżda jkun qiegħed hu stess jipperdura l-vjolazzjoni diġà misjuba”, qal il-Maġistrat.
Il-Bord ikkonkluda li l-Partit Laburista ma setax jibqa’ jistrieħ fuq il-liġijiet ordinarji tal-kera biex jiddefendi t-titolu tiegħu, peress li l-kirja kienet effettivament spiċċat b’operazzjoni tal-liġi wara s-sentenzi kostituzzjonali.
Il-Partit Laburista ġie ordnat joħroġ mill-proprjetà fi żmien 40 jum.
L-appell
Il-Partit Laburista appella minn din id-deċiżjoni u ressaq żewġ ilmenti prinċipali: li l-interpretazzjoni tal-Bord dwar il-validità tal-kirja kienet “inkoerenti”, u li t-tkeċċija mill-proprjetà kienet “rimedju estrem”.
Il-partit sostna li, peress li s-sidien baqgħu jaċċettaw il-kera, kien għadu jeżisti titolu validu.
Fis-sentenza mogħtija nhar l-Erbgħa, l-Imħallef Lawrence Mintoff ċaħad dawn l-argumenti. Huwa osserva li r-rikonoxximent tas-sidien tal-partit bħala kerrej kien “imġiegħel” u kien “riżultat dirett tal-ordni ta’ rekwiżizzjoni imposta fuq is-sidien”. Għalhekk, tali rikonoxximent ma kellu l-ebda effett legali ladarba r-rekwiżizzjoni ġiet iddikjarata nulla.
Il-Qorti osservat ukoll li filwaqt li kerrejja residenzjali spiss jingħataw protezzjoni permezz ta’ emendi leġiżlattivi riċenti, il-leġiżlatur ma pprovda l-ebda mekkaniżmu simili biex klabbs politiċi jkunu jistgħu jaġġustaw il-kera tagħhom għal livelli tas-suq.
Konsegwentement, is-sidien ma kellhom l-ebda alternattiva oħra: “ir-rikorrenti (is-sidien) ma kellhom l-ebda triq legali minn fejn jgħaddu. Lanqas il-ħdax-il eċċezzjoni tal-Awtorità intimata m’hija ġustifikata”.
Is-sentenza finali
Il-Qorti ddeċidiet li kumpens finanzjarju waħdu ma jissodisfax ir-rekwiżit legali ta’ restawr sħiħ jew “sodisfazzjon ġust” kif meħtieġ mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Fil-konklużjoni tal-każ, il-Qorti tal-Appell ċaħdet l-appell tal-Partit Laburista u kkonfermat fl-intier tagħha l-ordni ta’ żgumbrament.
Il-Partit Laburista ġie ordnat iħallas l-ispejjeż legali kollha taż-żewġ istanzi tal-każ u għandu joħroġ mill-proprjetà f’Santa Venera fi żmien l-istess perjodu oriġinali ta’ 40 jum.
Il-proprjetà kienet ilha mikrija għal 59 sena.
L-Avukat Edward Debono assista lis-sidien oriġinali tal-każin, filwaqt li l-Avukat Andre Borg irrappreżenta lill-Partit Laburista.
