“Id-daqq tal-qniepen tal-knisja ma jistax jitqies bħala reat ta’ fastidju”, il-qorti tilibera l-kappillan ta’ Ħal Kirkop fuq ilment

Il-Qorti lliberat lil Fr Martin Cardona minn akkuża li ffastidja ġar tiegħu fuq daqq tal-qniepen tal-knisja

 

Il-każ oriġina meta ġar bena penthouse biss tmien metri ‘l bogħod mill-kampnar tal-knisja ta’ Ħal Kirkop, u sussegwentement qajjem ilment dwar il-ħoss tal-qanpiena.

Mix-xhieda fil-Qorti, ħareġ li fil-passat il-qanpiena kienet iddoqq kull kwarta, iżda din il-prattika kienet inbidlet biex id-daqq isir biss f’ħinijiet speċifiċi matul il-ġurnata.

Ġie spjegat ukoll li għal ċertu żmien il-qanpiena kienet waqfet kompletament minħabba xi ħsarat, iżda riċentement, ġiet installata sistema mekkanizzata ġdida għad-daqq tal-qanpiena. Kemm l-installatur tas-sistema kif ukoll kampanologu li xehed fil-kawża spjegaw li din is-sistema tħaddem il-qanpiena b’intensità inqas minn meta d-daqq isir manwalment.

Fil-konklużjoni tagħha, il-qorti osservat li d-daqq tal-qniepen tal-knisja ma jistax jitqies bħala reat ta’ fastidju. Għalhekk, Fr Cardona ġie lliberat minn kull akkuża.

L-avukat Professur Stefano Filletti rrappreżenta lill-kappillan.

More in Qrati u Pulizija