Raġel akkużat li qabbad in-nar f’entratura ta’ blokka apartamenti, jiġi rrifjutat ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 51 sena residenti Naxxar stqarr li ma kienx ħati talli qabbad in-nar entratura ta’ blokk apartamenti ġewwa l-Mellieħa fil-ħinijiet ta’ filgħodu waqt li r-residenti kienu għadhom ġewwa

Anthony Spiteri deher quddiem il-Qorti nhar l-Erbgħa, akkużat li volontarjament qabbad in-nar quddiem proprjetà nhar it-2 ta’ Marzu  l-Mellieħa, f’ċirkostanzi fejn il-persuna kienet preżenti, jew inkella l-akkużat seta, b’mod raġonjevoli, jassumi li kien hemm xi ħadd ġewwa. 

Spiteri kien akkużat ukoll li volontarjament ikkawża ħsara li eċċessa €2,500 għad-detriment tal-allegata vittma, kif ukoll li hedded li jikkommetti delitt. Il-prosekuzzjoni spjegat li l-pulizija ġew avżati dwar nar f’entratura ta’ blokka apartamenti, b’erba’ flattijiet madwar l-10 ta’ filgħodu. 

In-nar ġie kkontrollat. L-investigazzjonijiet indikaw li n-nar kien possibilment ta’ natura malizzjuża, u aċċellerant, possibilment l-alkoħol, deher li qabbad in-nar. Waqt l-inċident, kien għad hemm ir-residenti ġewwa l-blokka. 

Filmat tas-CCTV allegatament wera l-akkużat jidħol fl-istess blokka ftit qabel beda n-nar. Il-qorti semgħet kif l-akkużat bagħat messaġġi ta’ theddid lill-allegata vittma qabel l-inċident. 

Id-diviża ma kkontestax il-validità tal-arrest, però talbet għall-ħelsien mill-arrest. 

Huma avżaw il-Qorti li l-akkużat huwa ċittadin Malti, li jgħix ma’ familtu u tifel minuri li huwa taħt il-kura tiegħu.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba minħabba n-natura serja tal-akkużi, li jġorru piena ta’ 12-il sena ħabs. Argumentat wkoll li l-akkużat jaf in-nies involuti u diġà kien bagħatilhom messaġġi ta’ theddid, kif ukoll biża’ ta’ entralċ tal-provi. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-qorti rrifjutat il-ħelsien mill-arrest. 

Il-Maġistrat Monica Vella ppresediet fuq is-seduta. 

Il-prosekuzzjoni kienet immexxija minn Spetturi Stephen Gulia, Keith Rizzo u Warren Galea mill-Kummissjoni tal-Pulizija, flimkien ma avukat Joseph Camilleri Azarov għall-Avukat Ġenerali.

Avukati tad-diviża Josette Sultana u Rebecca Gauci dehru għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija