Iwieġeb mhux ħati għal feriti gravi li kkawża fuq ħuh
Il-Qorti semgħat kif raġel ta' 27 sena wieġeb li mhux ħati wara li weġġa' lil ħuh f'argument
More in Qrati u Pulizija
Il-Qorti semgħat kif raġel ta' 27 sena wieġeb li mhux ħati wara li weġġa' lil ħuh f'argument
Raġel ta’ 27 sena mill-Ħamrun tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati nhar il-Ħamis, taħt arrest b’rabta ma’ argument domestiku li allegatament seħħ bejn żewġ aħwa fil-6 ta’ Jannar 2026, li fih il-vittma spiċċat ssofri feriti ta’ natura gravi.
L-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkuża miġjuba kontrih.
Skont il-prosekuzzjoni, l-inċident seħħ għall-ħabta bejn it-8.00 u l-11.00 ta' filgħaxija ġewwa r-residenza tal-omm l-imputat.
Huwa allegat li, mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu ċar, ikkawża ġrieħi lejn ħuh, fejn hu gidem u ta' daqqa l-vittma. Tali feriti ġew ikklassifikati bħala gravi skont iċ-ċertifikazzjoni medika mogħtija minn Alannah Bonello.
Il-Qorti semgħet kif l-argument allegatament inqala’ wara li l-vittma kienet qed tpejjep il-cannabis ġewwa d-dar, fatt li kien ilu jikkawża tensjoni bejn iż-żewġ aħwa, peress li l-imputat kien jiddejjaq ħafna b’dan l-aġir. Fil-fatt, intqal li l-provokazzjonijiet kienu kontinwi min-naħa tal-allegata vittma.
Mill-provi li tressqu quddiem il-Qorti ħareġ li ż-żewġ aħwa ma jgħixux flimkien b’mod permanenti m'ommhom, iżda frekwentament imorru joqogħdu għand il-ġenitur l-ieħor.
Il-missier u l-omm xehdu quddiem il-Qorti, bl-omm tikkonferma li kien hemm provokazzjoni min-naħa tal-vittma qabel seħħ l-inċident.
Il-Qorti ordnat ordni ta’ protezzjoni reċiproka bejn l-imputat u l-vittma sabiex ma javviċinawx lil xulxin. Barra minn hekk, ġew imposti diversi kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, fosthom depożitu ta’ €5,000, garanzija personali ta’ €5,000, l-obbligu li jiffirma bejn id-9.00 ta' filgħodu u s-6.00 ta' filgħaxija, li ma jsifirx minn Malta u li jattendi għal kull seduta tal-Qorti.
Il-Qorti ordnat ukoll ordni ta' trattament u ordni ta' order, fid-dawl ta’ informazzjoni dwar aggressività preċedenti fuq il-fedina penali tal-imputat.
L-ismijiet tal-imputat u l-vittma ma ġewx ippubblikati minħabba l-mertu tal-każ.
Maġistrata Nadia-Helena Vella ppresediet fuq is-seduta.
Il-każ qed jiġi segwit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Jennifer Polidano, filwaqt li Spettur Christian Cauchi qed jidher għall-Kummissarju tal-Pulizija.
Avukata Yanica Bugeja dehret għall-imputat bħalha għajnuna legali