Tliet nisa mħarrkin bl-operazzjoni ta’ burdell jistagħġbu bid-dikjarazzjoni tax-xhieda
Il-vittma kellha tqum f’nofs ta’ lejl biex taqdi l-klijenti
minn Staff Reporter
Tliet nisa li tressqu quddiem il-Qorti Diċembru li għadda dwar operazzjoni ta’ burdell ġewwa San Ġiljan reġgħu dehru quddiem Maġistrata Donatella Frendo Dimech fejn waħda mill-allegata vittmi li kienet taħdem fil-burdell, xhedet permezz ta’ konferenza ta’ video. Janice Jasbeth Ramirez Cummings, Karen Dayanna u Silvia Juliana Jinete Vega huma akkużati b’traffikar ta’ nisa għall-finijiet ta’ prostituzzjoni, l-operazzjoni ta’ burdell u money laundering, fost akkużi oħrajn.
Fil-bidu tas-seduta, id-diviża għamlet referenza għal dikjarazzjonijiet tal-allegati vittmi mogħdija lilha, fejn jirriżulta li wħud minn dawn il-vittmi ntqalilhom diskors min-naħa tal-pulizija, fejn huma qalulhom li jekk huma ma jikkoperawx magħhom, huma ħa jitressqu l-Qorti akkużati bir-reati illi li għalihom jinstabu arrestati l-imputati. Intqalu wkoll konsegwenzi fost oħrajn ta’ tkeċċija minn Malta lura lejn il-pajjiż fejn twieldu, tliet snin sa ħames snin milli jidħlu l-Ewropa, kif ukoll it-telf ta’ permess ta’ residenza ġewwa l-pajjiż fejn jirrisjedu.
Fil-fehma tad-diviża, dan ma kien jawgura xejn għal attribbwiltà ta’ dak kollu li se jixhdu dwaru l-allegati vittmi.
Il-prosekuzzjoni rreaġixxiet kontra dan u rreferiet għal kronoloġija ta’ x’ħin ġraw l-affarijiet. Kien hemm suspett raġjonevoli li li l-vittmi kollha flimkien mal-imputati odjerni kienu qed iżommu l-burdell. Il-prosekuzzjoni sostniet li meta bdew jisimgħu l-istorja, is-suspett ma baqgħax jissussisti, imma kien hemm is-serħan tal-moħħ li dan il-burdell inżamm b’dak li jsejħulu ‘common design’. Għalhekk, kien ikun nuqqas li l-persuni jibqgħu jinżammu arrestati u ma jitqisux bħala vittmi.
Il-vittma ma ħassithiex mhedda b’dan il-fatt, u kkonfermat taħt kontro-eżami.
L-allegata vittma, li ilha tgħix Malta madwar xahar, sostniet kif persuna bl-isem offrietilha tivvjaġa minn Amsterdam, oriġinarjament mill-Venezuela, għal Malta fuq fini ta’ xogħol ta’ prostituzzjono, fejn ma rriffjutatx din l-idea. Il-vittma tenniet kif ġurnata qabel ma waslet Malta, bagħtulha l-informazzjoni b’indirizz, u staqsiet jekk il-post kienx burdell. Din il-mistoqsija saret minħabba l-perċezzjoni kerha li kellha dwar il-briedel ġewwa l-Amerka Latina, fejn huma ta’ periklu kbir għal mara minħabba li l-maġġor parti tagħhom huma mħaddmin minn organizzazzjonijiet kriminali.
Il-vittma kienet ilha fir-residenza biss jumejn u għarfet l-imputati kollha u identifikathom in awla permezz tal-iskrin tal-video-link.
It-tfajla qalet li ltqagħet ma’ waħda mill-imputati ġewwa d-dar San Ġiljan, fehmietha r-regoli kif ukoll l-konsegwenzi. Ir-regoli kienu jikkonsistu minn ħinijiet ta’ dħul sa kundizzjonijiet tax-xogħol. Hi tenniet kif kienu jorqdu tliet nisa f’sodda li tesa’ tnejn, u li kellhom jidhru b’takkuna għolja u ħwejjeġ ta’ taħt għal quddiem il-klijent, kif ukoll li kellhom ikunu disponibbli għal kull min ikun għal 24 siegħa kuljum. Mal-vittma kien hemm ukoll seba’ tfajliet oħra jgħixu fl-istess dar, fosthom tfajla li ma kinetx tgħix hemm però kellha ħinijiet tax-xogħol, filwaqt li kien hemm minnhom li kienu ilhom jgħixu hemm fuq xahar u 20-il ġurnata.
L-imputati, li l-vittma tirreferi għalihom bħala ‘mummies’ kienu jaħdmu ħinijiet differenti, jilqgħu l-klijenti u jħabbtu fuq bibien it-tfajliet li waslu u jmissuhom għax-xogħol. Spettur John Spiteri staqsha x’kien jiġri kieku t-tfajliet kienu jirriffjutaw li jkompli bis-servizz, u l-vittma sostniet kif l-ewwel ġurnata ma xtaqetx tiltaqa’ ma klijent, u waħda mill-imputati qaltilha li jekk ma tagħmilx kif ftehmu, ħa jkollha tħallas multa ta’ €200.
It-tfajla saħqet kif fil-ħinijiet bekrin ta’ filgħodu, hi u membri oħra jirrisjedu fl-istess dar kellhom jqumu u joħorġu mill-kamra jekk persuna kellha tuża l-kamra għall-finijiet tas-servizz provdut, u jerggħu jidħlu u jorqdu fl-istess post. Skont id-deskrizzjoni li provdiet il-Qorti, il-klijenti kienu jagħzlu t-tfajla li jippreferi b’żewġ modijiet, jew minn fuq sit elettroniku bir-ritratti tat-tfajliet jew inkella meta l-irġiel kienu jidħlu fil-burdell, ċioè permezz ta’ ritratti li l-vittma kienet bagħtet qabel ma waslet Malta.
Maġistrata Frendo Dimech kompliet l-eżami billi staqsiet il-vittma jekk kinetx tħallset xi ammont ta’ flus dwar li kienet għamlet. It-tfajla rreferiet għall-fatt li hi għamlet madwar €1,000 li qatt ma rċeviet. Dan għaliex l-imputati kienu jżommu l-flus għall-ġimgħa u jitħallsu ġimgħa, ġimgħa, fejn il-profitti kienu jitqassmu nofs bin-nofs.
Fil-kontro-eżami, id-diviża staqsiet dwar il-konnessjoni bejn il-vittma u l-persuna, fejn din bagħtet lill-vittma u l-ħabiba tagħha u qaltilha biex tiġi tgħix Malta. It-tfajla xtaqet tmur lura pajjiżha, però minħabba li qed jiġri Venezuela. Avukat difensur Charles Mercieca rrimarka kif il-bieb ma kienx imsakkar, ħadd ma tagħlbilha l-passaport u kellha ammont ta’ flus, u għaldaqstant qatt ma ddeċidiet titlaq. Il-vittma rrispondiet li l-post kien imdawwar bil-kameras u gwardjana li kienu jarawha titlaq. Qalet kif kellha ammont ta’ flus biex tħallas il-multa, ċioe, kieku kellha titlaq, imma kienet qed iġġemma għal-biljett lura pajjiżha.
Instemgħat Dokument CM fl-awla li kien il-filmat tal-interrogazzjoni fejn Spettur Joe Spiteri interroga l-vittma fejn hi rrimarkat li qatt ma ħassitha mhedda b’limitajiet ta’ deportazzjoni. Il-Qorti semgħat ukoll kif il-membri tal-burdell kienu jħallsu xi ammont dovut lill-mara anzjana li kienet issajrilhom u tnaddfilhom. La t-tfajla għamlet biss jumejn hemm, ma setgħetx tikkonferma l-ammont li kienet tittieħed mill-paga.
Il-Qorti kompliet tisma’ t-tieni xhud tas-seduta, tfajla oħra li ġiet mal-ewwel vittma mill-Venezuela. L-istess bħall-ewwel xhud hi tenniet kif għalqu l-ispazju tal-ajru l-Venezuela allura ma setgħetx tirritorna lura pajjiżha. It-tfajla kienet taf bil-kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol Malta, u aċċettat l-irwol minħabba l-fatt li kienet se tkun ma ħabibitha. Meta hi u l-ewwel vittma waslu Malta, fl-istess rigward tal-ewwel xhud hi sostniet li marru residenza ġewwa San Ġiljan u laqgħathom waħda mill-imputati, fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol ma kienu xejn kif wegħduhom il-membri ta’ din l-“organizzazzjoni” li tirreferi għaliha t-tieni vittma.
It-tieni vittma ddeskriviet sal-inqas dettal, storja identika ma’ dik tal-ewwel vittma, bl-unika differenza li hi ddeskriviet kif kellha klijent speċifiku li kienet tmur għandu u tqatta’ sigħat għandu, bejn toffrilu s-servizzi u bejn jitkellmu fuq iċ-ċirkostanzi li tinstab fihom il-vittma. Fil-fatt, il-klijent ħa għalih meta skopra li l-ammont ta’ flus li qed iħallas għas-servizz jinqasmu nofs bin-nofs, u meta ried iġġedded l-ammont ta’ sigħat mal-vittma, kien jibgħat fuq in-numru tax-xogħol li kienu jieħdu ħsieb in-nisa akkużati. Il-vittma ma ridetx tgħix mal-klijent kif hu offrielha, minħabba l-fatt li hi xtaqet taqbad flusha u titlaq minn Malta.
Madanakollu, in-nisa akkużati msejħin bħala ‘mummies’ kienu allegatament jheddu li se jirrapurtawha lil ‘boss’ jekk hi titlaq jew ma tobdix ir-regoli tagħhom. Fir-rigward tar-ritratti mtellgħin onlajn, it-tieni vittma kienet bagħtet ċertu raġel qabel ma ġiet Malta mill-Amsterdam u hu staqsiha għall-ritratti. Hi ma kinetx taf liem tali persuna kienet ittella’ dawn ir-ritratti, u qalet li huma “organizzazzjoni ta’ ħames nisa: l-imputati u tnejn li ma tafx bihom, kif ukoll minn żewġ ‘bosses’ raġel u mara. “
It-tieni vittma ddeskriviet il-burdell, fuq in-naħa tax-xellug kamra tal-banju, u fuq in-naħa tal-lemin kamra fejn kienu jżommu lubrikanti u condoms għall-protezzjoni. Hi referiet għal mument fejn il-vittma kellha tqum fis-6 ta’ filgħodu għal klijent u meta hi rrifjutatu, l-akkużati qalulha li ha jirrapurtawha l-‘boss’.
It-tieni vittma nfaqgħet tibki malli semmiet il-fatt li kienet sforzata tidħol għal dan ix-xogħol għaliex kellha bżonn il-flus biex tibgħat lura lil familtha l-Venezuela.
Taħt kontro-eżami minn Charles Mercieca, hu tenna kif jista’ jkun li t-tieni vittma ma staqsitx dwar il-prezzijiiet, meta hi kkonfermat li kienet esperjenzata f’dan ix-xogħol, madwar seba’ snin ilu. Għalhekk, d-diviża tenniet li ma tistax teskludi l-fatt li l-akkużati huma wkoll vittmi tal-‘boss’ li qed jieħu ħsieb il-burdell.
Il-kawża hija diferita għal 12 ta’ Jannar.
Maġistrata Donatella Frendo Dimech ippresediet fuq is-seduta.
Avukati difensuri Franco Debono deher għal isem Silvia Juliana Jinete Vega, Charles Mercieca f’isem Karen Dayanna Pineda Caicedo, u Herman Mula f’isem Janice Jasbeth Ramirez Cummings.
Avukati mill-Uffiċċju tal-AG Charmaine Abdilla u Etienne Savona dehru għall-prosekuzzjoni, assisstiti minn Spetturi John Spiteri, Dorianne Tabone u Marshal Mallia. Stephanie Caruana dehret bħala parte civile
