Qorti tagħti raġel erba’ snin sospiża dwar vjolenza domestika fuq ommu anzjana

Raġel ta’ 38 sena ġie mixli li kkawża vjolenza u ta fastidju lil ommu minħabba vizzju ta’ droga

Raġel iwieġeb ħati għal tliet akkużi dwar vjolenza domestika fuq ommu anzjana fejn l-imputat wera xi tip ta’ vjolenza u ta fastidju fuq finijiet ta’ flus minħabba vizzju ta’ droga. 

Ma kien hemm l-ebda kontesta għall-ħelsien mill-arrest u l-mixli huwa ta’ kondotta nadifa. L-imputat jirrikonnoxxi li għandu bżonn għajnuna immedjatament u aċċetta l-kura Mount Carmel.

Minħabba li omm l-imputat għandha l-età ta’ 69 sena, kien hemm l-aggravju preżenti. 

Il-Qorti tat l-imputat sentenza sospiża ta’ erba’ snin, flimkien ma ordni ta’ superviżjoni għal sentejn. 

Maġistrata Donatello Frendo Dimech avżat l-akkużat li jekk jerġa’ jaqa’ għall-istess vizzji, jista’ jiltaqa’ ma sentenza ta’ seba’ snin priġunerija. 

Il-Qorti ordnat li l-isem l-imputat u l-vittma ma jiġux ippubblikati. 

Spettur Christian Cauchi pprosekuta.

Avukatessa Yanika Bugeja dehret għall-imputat.

More in Qrati u Pulizija