National Bank: Żewġ eredi jitolbu kumpens ta' 1.178 miljun ewro

Iż-żewġ eredi jsostnu li t-teħid tal-Bank Nazzjonali ta' Malta mill-gvern fl-1973 irriżulta fi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom

Każ kostituzzjonali ġdid rigward it-teħid tan-National Bank fl-1973 ġie mressaq mill-ġdid fil-Qorti Kostituzzjonali, bl-għan illi jiġi assigurat kumpens għal żewġ azzjonisti li ma kinux involuti fil-kazijiet li riċentament li ġew deċiżi fil-qorti.

L-applikazzjoni l-ġdida, illi tressqet fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tal-Qorti Ċivili, issemmi lil Abraham Debattista u Teresa Debattista fil-konfront tal-Prim Ministru, il-Ministru tal-Finanzi u l-Avukat tal-Istat. L-applikanti, rappreżentati mill-avukati Jose’ Herrera u David Camilleri, huma l-eredi tal-aħwa Euterpe u Maria Colombus, li kellhom ishma fil-Bank Nazzjonali ta’ Malta.

Din l-aħħar timmarka l-bidu ta’ proċeduri għal zewġ eks-azzjonisti tal-Bank Nazzjonali ta’ Malta li huma parti minn terz tal-azzjonisti li ma pparteċipawx fil-proċeduri legali riċenti li kienu ilhom għaddejja għal diċennji sħaħ. 

Il-kumpens attribwit lil dan il-grupp ta’ eks-azzjonisti huwa stmat illi jammonta għal madwar 34 miljun ewro, filwaqt illi l-avukat Jose’ Herrera jistma li l-porzjon tal-eredi Debattista, abbazi tal-ishma li kellhom, jammonta għal madwar 1.17 miljun ewro.

L-eredi qegħdin lill-qorti sabiex tiddikjara li d-drittijiet tagħhom taħt Artiklu 37 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta kienu miksura, u sabiex jiġu mogħtija kumpens li jirrifletti d-danni morali u finanzjarji li sofrew minħabba li ġew miċħuda minn kumpens xieraq għal snin twal. Huma qegħdin ifittxu lill-gvern sabiex iħallas il-kumpens.

More in Qrati u Pulizija