Tarbija ta’ sena tmut wara li tħalliet fil-karozza għal madwar 5 sigħat

Tarbija ta’ sena tmut traġikament fl-Imsida nhar il-Ħamis waranofsinhar wara li allegatament tħalliet ġewwa karozza għal diversi sigħat fil-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei

Tarbija ta’ sena tilfet ħajjitha wara li kienet ġiet irrappurtata li tħalliet fil-karozza għal diversi sigħat fil-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei.

Skont stqarrija uffiċjali mill-Pulizija, l-inċident seħħ madwar is-2.00pm. Il-Pulizija qalet li fuq il-post issejħu l-uffiċjali tad-distrett flimkien ma’ tim mediku li pprova jagħti l-għajnuna lill-tarbija, iżda sfortunatament, kienet diġà tilfet ħajjitha.

Sorsi li tkellmu ma’ TVM qalu li t-tarbija kienet tħalliet fil-karozza għal bejn ħames u sitt sigħat. Jidher li l-ġenituri tat-tarbija jaħdmu fl-isptar, iżda l-awtoritajiet għadhom qed jinvestigaw iċ-ċirkostanzi eżatti ta’ dak li seħħ.

Qed titmexxa inkjesta maġisterjali taħt id-direzzjoni tal-Maġistrat Monica Borg Galea, filwaqt li l-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex tistabbilixxi l-fatti kollha wara din it-traġedja.

Din hija storja li qed tiżviluppa.

 

More in Qrati u Pulizija