Raġel arrestat wara li allegatament importa 10kg kannabis f’bagalja

L-investigazzjonijiet bdew wara li s-suspettat telaq mill-ajruport mingħajr ma ġabar il-bagalji tiegħu wara li wasal Malta fit-30 ta’ Awwissu minn Lisbona.

Raġel ta’ 44 sena ġie arrestat wara li allegatament importa 10kg kannabis.

Il-pulizija qalet li s-suspettat, li huwa mill-Gambja, ġie arrestat nhar il-Ħamis. Is-suspettat telaq mill-ajruport mingħajr ma ġabar il-bagalji tiegħu wara li wasal Malta fit-30 ta’ Awwissu minn Lisbona.

Il-bagalji inkwistjoni kien fihom 10kg ħaxix tal-kannabis b’valur fit-triq ta’ madwar €100,000.

Il-Maġistrat Joe Mifsud fetaħ inkjesta waqt li l-pulizija ħadmet fuq l-identità tas-suspettat sakemm instab u ġie arrestat f’Ħaż-Żabbar.

Huwa qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u mistenni jitressaq il-qorti dalwaqt.

More in Qrati u Pulizija