Raġel Amerikan ta’ 40 sena ndarab serjament fil-ħinijiet bikrin ta’ nhar il-Ġimgħa wara li waqa’ minn għoli f’San Ġiljan.
Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-1am fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan. L-investigazzjonijiet preliminari wrew li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn stabbiliment.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat għall-ġrieħi tiegħu. Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Borg Galea fetħet inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.