Raġel ta’ 22 sena ammetta ħati nhar it-Tlieta li uża passaport falz u ta’ dikjarazzjonijiet foloz lill-uffiċċju tal-immigrazzjoni.
Mahmood Abduqadr inqabad fl-ajruport waqt li kien qed jipprova jitlaq minn Malta lejn Franza juża dokument falz.
Matul l-interrogazzjoni, ir-raġel ammetta li xtraha mid-dokument mill-Greċja bi €50.
L-avukati tiegħu ma oġġezzjonawx għall-validità tal-arrest tiegħu u hu wieġeb ħati għall-akkużi.
Qabel ma ddeċidiet is-sentenza, il-qorti semgħet l-argumenti tal-prosekuzzjoni u tad-difiża.
L-ispettur prosekutur Lara Butters sostniet li r-raġel kien akkużat b’reati serji ħafna, u li n-nies li jixtru dokumenti foloz u jippruvaw jivvjaġġaw bihom għandhom jitqiesu bħala abbuż kbir.
Min-naħa l-oħra, l-avukat Victor Bugeja qal lill-qorti biex tqis l-ammissjoni bikrija tar-raġel.
Il-qorti kkundannatu għal sitt xhur ħabs effettiv.
Il-każ kien presedut mill-Maġistrat Marseann Farrugia.
L-Ispettur Lara Butters ipprosekutat. L-avukat Victor Bugeja kien avukat tal-għajnuna legali għall-akkużat.