Erba’ sewwieqa nstaba li kienu taħt l-effet tal-alkoħol f’kontrolli tat-traffiku matul il-lejl

Il-pulizija qalet li sebgħa nqabdu jsuqu mingħajr liċenzja

Matul il-lejl li għadda, il-pulizija wettqu kontrolli ta’ rutina f’diversi toroq madwar Malta, fejn sabu erba’ sewwieqa taħt l-effett tal-alkoħol.

Fil-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-Marsa, l-Imsida u San Ġiljan, seba’ xufiera oħra nstabu li kienu qed isuqu mingħajr liċenzja valida. Aktar minn hekk, 17-il vettura nstabu jiġu misjuqa b’veloċità eċċessiva, u nħarġu 75 kontranvenzjoni oħra għal ksur differenti tar-regolamenti tat-traffiku.

Il-pulizija qalet li l-operazzjoni kienet assistita wkoll minn uffiċjali tal-LESA, u żiedet li tibqa’ impenjata li twettaq dawn il-kontrolli b’mod regolari f’kull ħin tal-ġurnata, biex tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw it-toroq f’Malta.

More in Qrati u Pulizija