Raġel l-isptar wara li waqa’ minn sellum f’għalqa fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 56 sena iweġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jaqta’ injam f’għalqa

Raġel ta’ 56 sena mis-Siġġiewi kellu jittieħed l-isptar Mater Dei dalgħodu wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem f’għalqa.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:20am fi Triq Blat il-Qamar, Siġġiewi. Skont l-ewwel informazzjoni, ir-raġel kien fuq sellum jaqta’ xi injam, filwaqt li raġel ieħor ta’ 40 sena miż-Żurrieq kien qed iżomm is-sellum. Is-sellum waqa’ u magħhom waqgħu wkoll iż-żewġ irġiel.

Fuq il-post issejħu tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ta’ 56 sena ġie trasferit lejn Mater Dei għall-kura, bil-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Qrati u Pulizija