Mara tingħata ħelsien mill-arrest wara li wieġbet mhux ħatja ħall-użu ta’ flus falz f’xiri ta’ Rolex

Mara ta 27 sena ngħatat ħelsien mill-arrest wara li wieġbet mhux ħatja għall-akkużi li allegatament użat €6,000 foloz biex tixtri arloġġ Rolex

Shaian Zammit, kaxxiera ta’ 27 sena mil Qrendi, tressqet il-qorti wara li allegatament użat €6,000 foloz biex tixtri arloġġ Rolex minn fuq Facebook Marketplace.

Skont l-akkuża, il-vittma rrappurtat lill-pulizija fl-11 ta’ Awwissu li mara kienet ikkuntattjata sabiex tixtri l-arloġġ. Il-partijiet qablu fuq prezz finali ta’ €6,100, bi ftehim li l-mara tħallas l-ewwel €6,000 fi flus kontanti u l-bqija ta’ €100 fi stadju ieħor.

Wara li ħadmet il-verifika d-dar bl-użu ta’ marker, il-vittma rrealizzat li l-flus kienu foloz.

Zammit ġiet arrestata l-ġurnata ta’ wara fl-għassa taż- Żurrieq wara li ġiet identifikata mill-vittma. Tfittxija saret ukoll fl-appartament tagħha, mingħajr ma nstab xejn. Zammit ttieħdet ukoll Mater Dei għal assistenza medika.

Il-validità tal-arrest ma ġietx kontestata u Zammit wieġbet mhux ħatja għall-akkużi.

Il-prosekuzzjoni talbet il-qorti ma tagħtixħelsien mill-arrest, filwaqt li d-difiża sostniet il-prinċipju tal-innoċenza u li l-uniku reġistru kriminali ta’ Zammit kienet akkuża ta’ sewqan bla liċenzja kważi għaxar sena ilu. L-avukat difensur Nicholas Mifsud enfasizza wkoll li l-klijent tiegħu jaħdem full-time u li l-qorti tista’ tissettja kundizzjonijiet biex ma tinħass l-ebda riskju ta’ manipulazzjoni ta’ evidenza.

Il-qorti aċċettat dan u ġiet rilaxxata b’ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-prosekuzzjoni kienet immexxija  mill-avukat tal-AG Michael Muscat flimkien ma’ Inspektur Doriette Cuschieri, filwaqt li l-avukat Nicholas Mifsud assista lill-akkużata.

More in Qrati u Pulizija