Raġel ta’ 21 sena fil-periklu tal-mewt wara ħabta bil-mutur f’Pembroke

Żagħżugħ ta’ 21 sena jispiċċa l-isptar bi ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Ritratt: Il-puluzija ta' Malta
Ritratt: Il-puluzija ta' Malta

Raġel Taljan ta’ 21 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu kmieni filgħodu nhar il-Ħamis f’Pembroke.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30am fi Triq Sant Andrija, meta l-vittma kien qed isuq mutur tat-tip Kymco Agility u, għal raġunijiet li għadhom qed jiġu investigati, tilef il-kontroll u ħabat f’barriera tal-konkos.

Fuq il-post issejħet ambulanza, u l-paramediċi taw l-ewwel għajnuna lill-vittma qabel ma ġie trasferit b’urġenza lejn l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Borg Galea fetħet inkjesta dwar il-każ, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija