Carmelo Ciantar se jitressaq il-Qorti b’rabta mal-qtil doppju fir-Rabat

Carmelo Ciantar magħruf bħala d-Durga se jkun qiegħed jiġi akkużat li qatel żewġ persuni fir-Rabat

Carmelo Ciantar, magħruf bħala id-Durga, residenti Ħaż-Żebbuġ, se jitressaq il-Qorti llum  quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, wara nofsinhar għal ħabta tas-1pm b’rabta mal-qtil doppju li seħħ tard it-Tlieta filgħaxija fil-lokalità ta’ Rabat.

Il-vittmi, li nstabu mejta f’għalqa fiż-żona tal-Kunċizzjoni fir-Rabat, huma Anthony Agius ta’ 57 sena mir-Rabat u Dennis Mifsud ta’ 51 sena mis-Siġġiewi. 

Wara tfittxija intensiva, l-Pulizija rnexxielha ssib u tarresta lil Ciantar Huwa nżamm arrestat għall-inkjesta u l-interrogazzjonijiet, fejn il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-mottiv wara l-qtil u l-kuntest dinamiku tal-familja.

 

 

More in Qrati u Pulizija